Lokali Parlament

L-ewwel gvern li qed inaqqas il-karigi li jingħażlu b’żewġ terzi

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Catillo qal fil-parlament li dan hu l-ewwel gvern li qed inaqqas il-kargi li jingħażlu b’żewġ terzi tal-parlament.

Ivan Castillo qal li dan hu mekkaniżmu anti-demokratiku li qed joqtol id-demorkazija u sostna li l-liġi diġà taħseb biex ikun hemm mekkaniżmu għal meta l-Kummissarju jitneħħa, jirriżenja, jmut jew xi ċirkostanza oħra.

Hu qal li l-gvern qed ibiddel il-liġi b’abbuż sfaċċat tad-demokrazija u sostna li l-gvern qed jgħid li se tgħaddi tiegħu biex jappunta l-Kummissarju għall-Istandards li jrid hu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern irid jassigura biss l-interessi tiegħu u tad-deputati tiegħu u sostna li l-ex Kummissarju Hyzler kien qed iwettaq skrutinju anki fuq l-ex Prim Ministru Joseph Muscat fuq kuntratt ta’ €90,000 lill-ex Ministru Konrad Mizzi u diversi każi oħra. Hu qal li Robert Abela ma jridx jiġrilu xi ħaġa bħal din, fosthom ir-riżenja ta’ Muscat minn Prim Ministru, u għalhekk ħoloq vakanza fil-kariga ta’ Kummissrju għall-Istandards u issa jrid il-persuna li jrid hu.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern irid jibqa’ jkun arroganti billi jelimna kull liġi li għandha kontroll. Mhux minnu li mekkaniżmu pproponiet li l-Kummissarju għandu jkun konfermat b’maġġoranza u mhux minnu li dan il-mekkaniżmu kien propost mill-PN. Dan hu l-ewwel gvern li se jnaqqas il-karigi li huma maħtura b’żewġ terzi u qed inaqqas mll-fiduċja anki tal-Uffiċċju tal-Istandards, sostna Ivan Castillo.