Lokali Saħħa

Lanqas dawk favur l-abort mhuma jaqblu mal-Gvern dwar il-bidliet għall-emenda

Jgħidu li qed tiżdied il-konfużjoni

Żvolta ġdida fil-kontroversja li ħoloq il-Gvern stess dwar il-liġi tal-abort, hekk kif issa anke dawk li huma favur l-introduzzjoni tal-abort f’pajjiżna mhumiex jaqblu mal-bidliet illi semma’ Chris Fearne il-ġimgħa li għaddiet.

Dan ifisser illi wara l-istqarrija iebsa maħruġa mill-għaqdiet favur il-ħajja, anke dawk favur l-abort ħaduha kontra l-din il-mossa tal-Gvern.

Fi kliem sempliċi, anke l-NGOs favur l-intorduzzjoni tal-abort mhux kuntenti b’dawn il-manuvri tal-Prim Ministru Robert Abela. Bl-għaqdiet jgħidu li issa spiċċajna f’sitwazzjoni fejn “qed tiżdied il-konfużjoni”.

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, numru ta’ għaqdiet taħt l-isem ‘Voice for Choice’ ilmentaw għall-fatt li l-emenda se tinbidel. Huma appellaw lill-Gvern biex iżomm l-emenda kif inhi.

Interessanti l-fatt illi kemm dawk favur l-abort kif ukoll dawk li mħassba fuq il-kelma “vijabbiltà” li għamel referenza għaliha Chris Fearne aktar kmieni dan ix-xahar – bl-għaqdiet kollha, irrelevanti minn dak li jemmnu dwar l-abort, qed jgħidu li dal-kunċett ta’ vijabbiltà aktar se jġib problemi.

Dan kollu jkompli jikkonferma kemm il-Gvern mhux veru qed jikkonsulta mal-għaqdiet u l-organizzazjonijiet varji f’pajjiżna li qed isegwu din il-kwistjoni b’tant interess.