Kumment fuq Facebook li sejjaħ għall-qtil ta’ attivist prominenti tas-soċjetà ċivili wassal biex l-awtur tiegħu jiġi kundannat multa ta’ €300 u libertà kondizzjonata. Joe Schembri ta’ 45 sena kien ġie mixli b’theddid waqt kawża tad- distrett taż-Żebbuġ seduta quddiem il-Maġistrat Nadine Lia f’Ottubru li għadda, wara li f’kumment fuq Facebook li talab biex il-President tal-Għaqda Repubblika Robert Aquilina “jiġi mdendel mal-eqreb arblu tad-dawl”.
Aquilina kien xehed, u spjega li kien mexxa u indirizza protesta f’Marzu tal-2022, fejn iddenunzja l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, barra l-ambaxxata Russa. Wara l-protesta, iż-‘zookeeper’ Anton Rea Cutajar kien mar fuq Facebook biex jattakka lil Aquilina, u tella’ ritratt ta’ Aquilina meħud waqt il-protesta.
Schembri, kien ikkummenta fuq post fejn kiteb li Aquilna għandu jispiċċa mdendel. L-avukat difensur ta’ Schembri, Joe Sammut kien qal lill-Qorti li l-klijent tiegħu ma kellu l-ebda intenzjoni li jkun vjolenti jew li jinċita lill-vjolenza, u li frażijiet bħal dawn “kienu komuni fin-Nofsinhar ta’ Malta.”
Meta l-każ beda f’Ottubru, Aquilina kienet talab ir-rekuża tal-Maġistrat Lia minħabba r-rabtiet familjari tagħha ma’ persuna minn ta’ ġewwa, li huma Laburisti magħrufa. Il-Maġistrat kienet staqsiet lill-Ispettur tal-Pulizija li kien qed imexxi l-Prosekuzzjoni jekk kienx jaqbel mat-talba, li għaliha kien wieġeb fl-affermattiv.
Madankollu, meta mistoqsi mill-Qorti biex jiddikjara l-artikolu tal-liġi li kien qed jibbaża fuqu t-talba għar-rikuża, l-Ispettur wieġeb li ma setax jifakkar. Imbagħad il-Qorti kienet ipproċediet u ċaħdet it-talba għar-rikuża. F’deċiżjoni li ngħatat it-Tnejn, il-Maġistrat Lia sabet lil Schembri ħati. Huwa ngħata l-ħelsien bil-kondizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor għall-perjodu ta’ sena u mmultat €300. L-Avukat Jason Azzopardi assista lil Aquilina.
//= $special ?>