Uffiċjal tal-Ajruport ta’ Kathmandu qal li l-kaxxa s-sewda u l-voice recorder tal-cockpit tal-ajruplan li ġġarraf fin-Nepal instabu.
L-ajruplan ATR 72, operat minn Yeti Airlines, kien qed qed iġorr 72 persuna meta ġġarraf.
Ħaddiema tas-salvataġġ s’issa rkupraw 68 katavru u qed ikomplu t-tfittxijiet għal erba’ persuni li għadhom neqsin.
Filmat fuq il-midja wera duħħan iswed ħiereġ mis-sit tal-ħabta hekk kif ħaddiema tas-salvataġġ u folol inġabru madwar it-tifrik tal-ajruplan.
L-uffiċjal tal-Ajruport qal li l-hekk imsejħa kaxxi suwed jinsabu f’kundizzjoni tajba u li jidhru tajjeb minn barra. Id-dejta fuq ir-recorders tista’ tgħin lill-investigaturi jiddeterminaw x’wassal biex l-ajruplan jiġġarraf.
In-Nepal iddikjara t-Tnejn bħala jum ta’ luttu u waqqaf bord biex jinvestiga d-diżastru u jissuġġerixxi miżuri biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn fil-futur.
Fuq titjira skedata mill-kapitali tan-Nepal Kathmandu għal Pokhara, kien hemm 57 Nepaliż, ħames Indjani, erba’ Russi, żewġ persuni mill-Korea t’Isfel, u persuna mill-Arġentina, mill-Irlanda, mill-Awstralja u oħra minn Franza.
L-uffiċjal tal-pulizija ta’ Pokhara qal li l-operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, li waqfet matul il-lejl tal-Ħadd, issa issuktat.
//= $special ?>