Atalanta kisbu rebħa mpressjonanti ta’ 8-2 kontra Salernitana, filwaqt li fl-iktar logħba mistennija Roma għelbu lil Fiorentina b’doppjetta ta’Dybala. Kien hemm ukoll rebħiet barra minn darhom għal Lazio, Spezia u Bologna.
Sassuolo v Lazio 0-2
F’Reggio, Lazio kisbu rebħata’ 2-0 kontra Sassuolo, rebħa li biha Lazio kkonsolidaw il-ħames post fil-klassifika. Lazio tilfu lill-attakkant Ciro Immobile wara kwarta logħob u minflok daħal jilgħab Pedro. Lazio fetħu l-iskor fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta ngħataw penalty li minnu Zaccagni ma żbaljax biex fetaħ l-iskor. Lazio żammew dan il-vantaġġ sal-aħħar sekondi tal-logħba sakemm serrħu rashom bit-tien igowl fl-94 minuta, meta Felipe Anderson skorja t-tieni gowl wara pass ta’ Milinkovic-Savic.
Torino v Spezia 0-1
Sorpriża minn Spezia li kontra kull mistenni għelbu lil Torino fl-Istadium Olimpiku ta’ Turin. Torino kienu għadhom ġejjin mir-rebħa sorprendenti f’SanSiro kontra Milan fil-Coppa Italia, fejn il-Granata minkejja li lagħbu għal ħin twil bi plejer inqas, irnexxielhom jeliminaw liċ-champions Taljani mill-Coppa Italia. Iżda jidher li dan l-isforz matul il-ġimgħa kontra Milan ħalla effett negattiv fuq Torino. Il-gowl li finalment ta t-tliet punti lil Spezia kien skorjart minn Nzola fit-28 minuta minn azzjoni ta’ penalty.
Udinese v Bologna 1-2
Bologna dawwru telfa f’rebħa fi Stadio Friuli kontra Udinese biex irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi, filwaqt li għal Udinese din kienet it-tieni telfa konsekuttiva wara ttelfa li ġarrbu fl-aħħar minuti kontra Juventus fl-aħħar ħarġa tagħhom.Kienet logħba fejn il-VAR daħlet fl-azzjoni biex għal darba darbtejn ħassret gowls, wieħed fuq kull naħa. Bidu tajjeb ta’ Udinese li fetħu l-iskor wara għaxar minuti permezz ta’ Beto, u ħames minuti wara l-istess Beto reġa’skorja iżda l-gowl kien imħassar wara konsultazzjoni tal-VAR. Eżatt qabel l-intervall Sansone skorja għal Bologna iżda anki dan il-gowl kien imħassar wara konsultazzjoni mal-VAR. Sansone kiseb id-draw verament mas-siegħa logħob wara li rċieva mingħand Moro. Għaxar minuti mit-tmiem, Posch skorja l-gowl tar-rebħa wara pass ta’ Schouten.
Atalanta v Salernitana 8-2
Goleada minn Atalanta fuq Salernitana f’logħba li kif jindika kienet mingħajr storja. Atalanta kienu ġa serrħu rashom sal-ewwel taqsima meta kienu diġa’ 5-1 minn fuq b’gowls ta’ Boga, Lookman minn penalty, Scalvini, Koopmeiners u Hojlund. Għal Salernitana kien kiseb draw momentarju Dia. Fit-tieni taqsima kompla l-festival ta’ gowls fejn Lookman għamilhom sitta u Caviglia skorja t-tieni wieħed ta’ Salernitana. Ederson u Zortea skorjaw il-gowls l-oħra ta’ Bergamaschi għal skor finali ta’ 8-2.
Roma v Fiorentina 2-0
Roma kisbu rebħa kontra Fiorentina fl-Olimpico bil-Vjola jilagħbu għal madwar siegħa bi plejer inqas wara t-tkeċċija għal żewġ karti sofor ta’ Dodo. Il-goals ta’ Roma waslu wieħed f’kull taqsima, it-tnejn permezz ta’ Paolo Dybala.
//= $special ?>