Ħafna ikomplu juru l-inkwiet tagħhom għan-nuqqas kbir ta’ mediċini; sitwazzjoni li ilha għaddejja xhur sħaħ. B’Ministru wara l-ieħor ftit li xejn qed jagħtu l-importanza għal din is-sitwazzjoni tant serja.
It-Tnejn filghodu, il-Ministru Miriam Dalli ma ħassitiex komda tgħidilna jekk in-nies hux qed ikelmuha dwar il-kriżi tal-medicini.
Madanakollu, hi għarfet li l-Ministeru tas-Saħħa qed jaffaċja diversi kwistjonijiet li għad irid jindirizza… għalkemm jidher li s’issa, il-Gvern m’għandux soluzzjoni, b’mod speċjali fejn tidħol il-kwistjoni tal-mediċini out-of-stock.
Skont il-Gvern, bħalissa hawn mill-inqas 22 mediċina out of stock f’pajjiżna… b’uħud minnhom qas biss hemm ħjiel dwar meta se jkunu qed jaslu f’pajjiżna. U bil-Gvern ta’ Robert Abela għad m’għandu ebda soluzzjoni għal din il-problema.
//= $special ?>