Sport Sport Ieħor

Snooker: Judd Trump jirbaħ il-Masters 2023 f’Londra

Judd Trump kiseb it-tieni titlu tiegħu ta’ Masters wara li fil-finali għeleb lil Mark Williams 10-8 f’konfront missielet f’Alexandra Palace.

L-‘Ace in the Pack’ ma kienx fl-aqwa tiegħu matul it-tournament, iżda għal darb’oħra wera l-aqwa kwalitajiet tiegħu ta’ battalja biex ħa l-ogħla premju ta’ £250,000 għall-ewwel darba mill-2019.

Trump fetaħ vantaġġ ta’ 5-3 fuq Williams wara li rebaħ erba’ frames wara xulxin biex ħa vantaġġ ta’ 4-1, qabel ma Williams ħa ż-żewġ frames ta’ wara. Madankollu, Trump rebaħ il-frame finali ta’ waranofsinhar biex jiżgura li ħa vantaġġ żgħir qabel l-aħħar parti tal-finali tal-Ħadd filgħaxija.

L-ewwel frame ta’ filgħaxija ntrebaħ minn WIlliams iżda Trump, bi break ta’ 67 biex reġa ħa vantaġġ ta’ żewġ frames. Williams rebaħ il-frame ta’ wara bi break ta’ 80 u reġa rebaħ biex ġab l-iskor 6-6. Williams mar għall-ewwel darba fil-vantaġġ 7-6 bi Trump jirbaħ il-frame ta’ wara u jerġa jġib id-draw.

Williams mar minn fuq 8-7 iżda Trump rebaħ tliet frames infila biex fl-aħħar frame għamel break ta’ 126 biex rebaħ il-finali tal-Masters.