“Għaddew 63 xahar mill-qtil makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia – iżda sa issa għadha ma saritx ġustizzja. J’Alla ma ndumux 30 sena biex issir ġustizzja ma’ Daphne, imma sakemm iddum ma ssir, lilna ser issibna hawn. U din hija l-wegħda li qed inġeddu llum, fl-ewwel velja għal din is-sena, lil Daphne, lill-familja tagħha u lill-għażiż pajjiżna.”
Dan qalitu il-Viċi President tal-Għaqda Repubblika Alessandra Dee Crespo waqt l-intervent tagħha waqt fl-għeluq it-63 xahar mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li saret fi Pjazza tal-Assedju l-Kbir, fil-Belt Valletta, fejn qalet kif illum, il-Pulizija Taljana arrestat lill-boss tal-Mafia Matteo Messina Denaro. Dan il-boss tal-Mafia huwa responsabbli għall-assassinju ta’ Giovanni Falcone u ta’ Paolo Borsellino u tal-iskorta tagħhom. Instab ħati fil-qrati Taljani ta’ dawn id-delitti u ta’ delitti oħra kontra l-Istat.
Il-Viċi President tal-Għaqda Repubblika Alessandra Dee Crespo qalet”Bħalna bħalissa, fl-Italja ta’ 30 sena ilu, l-istituzzjonijiet kienu fgati mill-qarnita mafjuża imma l-poplu qam u qal ‘Daqshekk!’. Tletin sena. Ilu 30 sena jaħrab il-ġustizzja Matteo Messina Denaro. Il-familjari tal-vittmi tiegħu ilhom 30 sena jistennew li ssir ġustizzja għall-qrabathom. Il-familji tal-vittmi, u s-soċjetà ċivili ilhom 30 sena jagħmlu pressjoni biex issir il-ġustizzja. Il-pulizija kienu ilhom 30 sena jfittxuh. Flaħħar sabuh u arrestawh. Illum niftakru fil-vittmi kollha tiegħu. Illum niftakru fil-familjari talvittmi tiegħu, li xi wħud mietu u mhux qed jaraw din il-ġurnata storika tal-ġlieda kontra l-mafja ta’ kull xorta.”
Hija kompliet billi insisstiet li Ħadd wara ħadd tasal ta’ kulħadd! U ħeġġet lill-Poplu sabiex ma jaqtax qalbu li ssir ġustizzja sħiħa wkoll ma’ Daphne Caruana Galizia, mal-familja tagħha u mal-pajjiż kollu.
Intant fid-diskors tagħha, Martina Farrugia – attivista fl-għaqda Occupy Justice, fakkret kif fi tliet snin biss, mietu 17-il persuna fuq ix-xogħol. “L- industrija tal-kostruzzjoni hija responsabbli għal 90% tal-imwiet fil-post tax-xogħol. Pero x’qed isir dwarha? Għaliex mhux qed jittieħed bis-serjetà? Dawn il-korrimenti u l-imwiet huma ħsara kollaterali … Iżda minn naħa tiegħu l-Gvern, għalfejn qed jaċċetta dan kollu?
Martina Farrugia fakkret ukoll kif sa din il-ġimgħa stess il-familja ta’ Rita Vella mara midfuna f’darha stess, għadhom ma tħallsux kumpens mill-persuna li nstabet responsabbli għall-mewt tagħha. Hija fakkret ukoll kif ftit aktar minn xahar ilu Jean Paul Sofia ta’ 20 sena spiċċa midfun fuq il-post tax-xogħol tiegħu stess. Hija staqsiet dawn se jiġu investigati? “Se nagħmlu xi ħaġa dwarhom jew se ninjoraw ix-xhieda u s-sejbiet?”
Martina Farrugia qalet li hekk kif hija tradizzjoni li wieħed jagħmel riżoluzzjoni f’bidu ta’ sena ġdida, f’Malta jeħtieġ li n-nies u n-nisa jiġu protteti aħjar, u nagħmlu minn kollox sabiex dan il-pajjiż jsib mill-ġdid it-triq it-tajba.
Minn naħa tiegħu, Matthew Grech – membru ta’ Repubblika saħaq li bħala soċjetà nistghu naghzlu li nibnu socjeta’ li taghti importanza xierqa lejn il-gustizzja, fejn vittmi ta’ inġustizzji gravi – bhal Daphne Caruana Galizia, Lassana Cisse,
Miriam Pace, u Bernice Cassar – ma jkunux maqtulin b’modijiet barbari, jew millinqas, gustizzja ghal dawn il-vittmi tkun akkwistata kemm jista’ jkun malajr, bla dewmien u bla tfixkil, ghad-dinjita’ tal-familji u l-gheziez taghhom, li jkomplu
jsofru fis-skiet, bla tweġiba ghall-qtil brutali tal-mahbubin taghhom.
“Nistghu naghzlu biex nibnu socjeta’ li tipprijoritizza l-ugwaljanza u l-ekwita’, fejn kulhadd, ikun minn fejn ikun, hu minn hu, hi minn hi, ghandu aċċess ghal servizzi ta’ sahha, edukazzjoni, u anke opportunitajiet ta’ xoghol fejn il-kriterju
importanti huwa kemm int ikkwalifikat ghax-xoghol partikolari, u mhux il-hbieb li xi hadd ghandu f’postijiet ta’ poter. Nistghu naghzlu biex nibnu socjeta’ li taghti kas lil haddiehor, li tistma kull persuna b’mod olistiku u, b’imhabba, li tisma’, taghraf, u tipprova tifhem minn fejn hi ġejja l-persuna, u mhux tiġġudika, tinjora, jew tattakka lil minn ghandu
opinjoni differenti. Kull persuna onesta ghandha rwol, post, u dritt biex issemma lehinha u li tkun mismughha. Nistghu naghzlu li nergghu niskopru r-rabta taghna mal-ambjent, u ma nkomplux nistuprawha kif ilna naghmlu f’dawn l-ahhar snin, li nipproteguha millqerda u nsahhuha, li naghmluha parti ċentrali ta’ hajjitna fl-ispazji urbani taghna, u mhux naraw lilna nfusna bhala separati minnha. Irridu nibdew inharsu lejn innatura bhala stampa kbira li fiha ghandna postna, xi haġa li kemm taghti u tirċievi, u mhux bhala xi haġa li hija tahtna, bhala xi haġa li sservina u li nistghu nesplojtu kif u meta rridu.”
Matthew Grech ħeġġeġ sabiex “inkunu pozittivi, nibnu socjeta’ ahjar, ghax ahna kapaci ta’ ahjar, ghax ahna rridu naraw bidla ghall-ahjar. Din hija r-Rizoluzzjoni taghna – li niggieldu ghal Malta ahjar! Ejjew halli qatt ma nhalluhom jikkonvincuna li m’ghandniex il-poter biex nikkawzaw il-bidla. Ahna lkittieba tal-istorja taghna – ejjew halli qatt ma nibzghu niktbu l-istorja ta’ pajjizna!
//= $special ?>