Jgħid li barra minn Malta hemm “mewġ qawwi” ta’ nuqqas ta’ mediċini
Numru ta’ tobba li tkellmu ma’ Net News saħqu li l-Gvern qed jilgħab bil-kliem. Dan għaliex jekk ikollok stock limitat ta’ mediċini xorta waħda hemm ċans kbir li fl-ispiżeriji mhux se ssib mediċina…bħal ma fil-fatt qiegħed jiġri.
It-Tnejn filgħodu Net News għamel sensiela ta’ domandi lill-Ministru Chris Fearne fejn minn naħa tiegħu stqarr l-ovju, u qal li madwar id-dinja hawn il-mewġ qawwi ta’ nuqqas ta’ mediċina.
Esperti mediċi sostnew ma’ Net News illi jifmhu li l-problema mhux f’Malta biss, iżda mhux qed jifhmu għalfejn dan il-ħabi kollu minn naħa tal-Gvern dwar in-nuqqas ta’ mediċini f’pajjiżna.
Meta mistoqsi minn dan l-istazzjon dwar in-nuqqas ta’ mediċini, partikolarment mistura għat-tfal…Chris Fearne saħaq li fl-aħħar tax-xahar se tasal kunsinna kbira.
Ironikament waqt li kien qed jindirizza din il-konferenza tal-aħbarijiet, Fearne sostna li minn hawn u ġimgħatejn oħra l-qilla tal-influwenza se tkun qed tonqos u għaldaqstant…fi kliem sempliċi…fl-agħar żmien tal-influwenza….il-Gvern ma ħasiblux, u se jġib il-medicina hekk kif ibatti kollox.
Intant, dwar il-kriżi fl-Emerġenza, Chris Fearne qalilna li kulħadd jieħu gost b’servizz li jkun konvenjenti.
Iżda d-domanda tiġi waħeda, għalfejn il-pazjenti qed jitħallew sigħat twal fil-kurituri? Għalfejn il-pazjenti qed jinżammu fil-canteen tal-isptar bil-ħaddiema mhux ilaħqu minkejja s-sagrifiċji tagħhom.
Għalfejn l-isptar San Luqa mmexxi issa minn Steward Healthcare mhux jaqsam ir-responsabbiltà mal-Isptar Mater Dei…bħal ma suppost kellu jiġri inizjalment? Dan kollu staqsejnih lil Chris Fearne….bil-Ministru iwieġeb li jrid jistenna li tinqata’ s-sentenza mill-Qorti.
//= $special ?>