Lokali Parlament

52% tal-ħaddiema Maltin jaqilgħu inqas mill-paga medja

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fl-Aġġornament tal-parlament li 52% tal-ħaddiema Maltin jaqilgħu inqas mill-paga medja.

Ivan Castillo tkellem dwar il-ħaddiema, qal li hawn 52,000 barrani jaħdem f’Malta u sostna li Jobsplus għandha tara li jekk jista’ jaħdem Malti jew ħaddiem Ewropew, m’għandux jaħdem ħaddiem barrani. Hu qal li hu importanti li l-ħaddiema Maltin ma jintremewx milli jkunu impjegati barranin b’pagi inqas.

Il-paga medja tal-ħaddiema barranin hu ta’ €18,290 waqt li tal-Maltin din hi €21,165. Din hi stampa ċara li l-ħaddiema barranin qed jintużaw biex jitbaxxew il-pagi tal-ħaddiema Maltin b’effetti negattivi fuq il-ħaddiema u l-familji Maltin. Hemm 52% tal-ħaddiema li jaqilgħu inqas mill-paga medja. Dan juri li nofs il-ħaddiema Maltin a jaqbżux il-paga medja; Malta ma tibdiex mas-sitwazzjoni ta’ barranin minn Malta.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li jeħtieġ investiment ġdid fil-pajjiż propju għaliex fl-aħħar 10 snin il-gvern m’attirax settur wieħed ġdid. Hu qal li l-ħaddiema Maltin qed isibu diffikultajiet meta jmorru biex jissellfu mill-banek.

Ivan Castillo appella biex ma tinħoloqx sitwazzjoni fejn il-ħaddiema Maltin ikomplu jitkissru.

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal ukoll li fit-12-il distrett hemm problema ta’ storbju u sostna li fl-aħħar disa’ snin f’Malta suppost kellu jsir liġi dwar l-istorbju iżda din ma tirriferix għall-istorbju li jirriferu għalih in-nies. Il-pulizija m’għandhiex appoġġ biex tieħu l-azzjonijiet.

Jirriżulta li Malta hi l-aktar pajjiż storbjuż fl-UE fejn 30% tal-poplu qed jgħidu li jsofru minn problema ta’ storbju. In-nies jisimgħu l-istorbju kontinwament kemm tal-bini kif ukoll tal-mużika; 79% tal-Maltin li huma vittmi tal-istorbju lanqas biss jirreġistraw ilment għax qatgħu qalbhom li jittieħdu passi. Din hi l-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Fl-2016 suppost li kellu jkun hemm kummissjoni dwar l-istorbju li fil-fatt saret iżda issa m’għadhiex stabbilità.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din il-kummissjoni hi bżonn għaliex l-istorbju hu problema kbira li mhux tkun trattata bis-serjetà.