Konfużjoni.
Hekk qed tiġi deskritta is-sitwazzjoni dwar il-liġi li se tkun qed idaħħal l-abort f’pajjiżna…u li dwarha ħadd mhu jaqbel; la dawk favur l-abort, u wisq aktar dawk kontra.
Issa, biex tkompli tiżdied din il-konfużjoni d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kompla ħarbat lin-nies meta f’konferenza tal-aħbarjiet stqarr li din hija emenda fil-Kodiċi Ċivili.
Bil-Ministru jew ma jafx x’inhu jgħid, jew qed jigdeb apposta, dan meta fir-realtà, kulħadd jaf li hija emenda għall-Kodici Kriminali.
Fil-konfrontazzjoni kontinwa fil-mod kif wieġeb lill-ġurnalisti ta’ Net News, Chris Fearne spiċċa qal ukoll li x-xhieda li ingħatat fil-każ ta’ Andrea Prudente tikkonferma l-bżonn ta’ din l-emenda – meta kulħadd jaf li l-fatti huma assulutament bil-maqlub. Bix-xiehda tal-professjonisti f’Mater Dei tagħmilha cara li Prudente qatt ma kellha ħajjitha fil-periklu.
Tul din il-konferenza tal-aħbarjiet, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne baqa’ jinsisti li din mhix emenda dwar l-abort. Dan minkejja li diversi persuni, esperti, tobba u akkademiċi qrib sew tal-Partit Laburista…fosthom il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca qed jitolbu lil Robert Abela sabiex ma jibqax jistina rasu u verament jiehu decizjoni favur il-ħajja – kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija fil-ġuf.
Il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela spiċċa ammetta li kif miktub il-kliem fil-liġi tal-abort mhux kumbinazzjoni u kkonferma dak li t-tobba, l-akkademiċi u numru ta’ esponenti ilhom jgħidu ġimgħat sħaħ…
“M’għażilniex il-kliem li daħħalna fil-liġi b’kumbinazzjoni jew bl-addoċċ” – Robert Abela
Intant fil-laqgħa pubblika li saret il-Ħadd li għadd, esperti fis-settur komplew issaħħu l-messaġġ li din il-liġi se tkun qed iddaħħal l-abort f’pajjiżna u li Robert Abela m’għandu l-ebda mandat li jippermetti l-qtil tat-tarbija fil-ġuf.
//= $special ?>