Lokali Qorti

Analista tal-MFSA ta informazzjoni ħażina lill-inkjesta Pilatus

It-tfixkil u r-reżistenza tal-MFSA fil-kooperazzjoni mal-inkjesta maġisterjali tal-Bank Pilatus komplew jiħammġu u jieħdu daqqa l-isfel b’allegazzjonijiet li, minbarra li żamm dokumenti, analista tal-MFSA mhux identifikat kien ipprovda informazzjoni skorretta u qarrieqa lill-inkjesta.

Robert Aquilina, il-president tal-NGO Repubblika, kien diġa’ akkuża eks uffiċjali għolja fit-Taqsima Bankarja tal-MFSA li żammew dokumenti li jagħtu dettalji dwar il-likwidità u l-kapitalizzazzjoni tal-Bank Pilatus minn Inkjesta Maġisterjali, waqt intervista fuq NET TV ix-xahar li għadda.

F’dan il-każ, Aquilina kien qed jaġixxi fil-kapaċità personali tiegħu. Waqt l-intervista f’Diċembru, Aquilina kien qal li rekords tal-Qorti tax-xhieda mogħtija bil-magħluq f’Lulju 2020 minn analista anzjan fl-MFSA, urew li kien qal lill-Maġistrat inkwirenti Ian Farrugia li l-ordni tiegħu biex jissottometti dokumenti dwar il-kapitalizzazzjoni u l-likwidità ta’ Pilatus Bank ma kienx segwit.

F’post fuq Facebook it-Tlieta filgħodu, Aquilina kiteb. “Fid-29 ta’ Lulju, 2020, uffiċjal tal-MFSA xehed bil-bibien magħluqa quddiem il-Maġistrat Ian Farruga fl-atti tal-inkjesta dwar l-operat tal-Bank Pilatus fir-rigward tal-ħasil tal-flus. Dakinhar l-uffiċjal kien qal li l-MFSA naqset milli tissottometti kopji ta’ ċerti dokumenti lill-Maġistrat, minkejja l-ordni tiegħu minn qabel.”

Wara li l-Maġistrat Farrugia esprima t-tħassib tiegħu dwar dan, l-uffiċjal inkwistjoni kien spjega li d-dokumenti kienu miżmuma f’safe, li jinsab ġewwa l-uffiċċju tal-Kap tat-Taqsima Bankarja, jkgħid il-post ta’ Aquilina. Żewġ uffiċjali tal-MFSA biss kellhom aċċess għal dak is-safe, kien qal il-Kap tat-Taqsima lill-Maġistrat inkwirenti, li huma Karol Gabarretta u Ray Vella.

L-uffiċjal kien iddikjara wkoll li d-dokumenti kienu mgħoddija lill-Maġistrat inkwirenti wara li Gabarretta u Vella kienu rriżenjaw mill-awtorità. F’dak il-punt, l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-bank kienet ilha għaddejja għal 20 xahar. “Madankollu, fil-jiem li għaddew, stabbilejt żewġ fatti importanti f’dan ir-rigward, li b’dan qed isiru magħrufa fl-interess pubbliku,” jgħid Aquilina fuq Facebook.

“Karol Gabarretta kien ressaq ir-riżenja tiegħu mill-MFSA fit-18 ta’ Jannar 2018. L-għada tneħħa mir-rwol ta’ ‘key-holder’ u mill-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Banking Supervision Unit fl-MFSA.” L-impjieg ta’ Gabarretta kien sussegwentement mitmum wara l-perjodu ta’ “cooling off” ta’ sitt xhur. “Mela Karol Gabarretta ma kellux aċċess u wisq inqas kontroll tas-safe meta l-Maġistrat Farrugia ordna li l-MFSA tesibixxi d-dokumenti li kellha dwar Pilatus Bank,” tgħid il-post ta’ Aquilina.

Lanqas Vella ma kellu aċċess, hu qal. “Ray Vella rriżenja mill-MFSA fl-1 ta’ April 2019, erba’ xhur wara li kienet bdiet l-inkjesta dwar l-operat tal-Pilatus Bank. Matul dan il-perjodu, Ray Vella, flimkien ma’ uffiċjal ieħor mill-Banking Supervision Unit, xorta kellhom aċċess għas-safe tal-uffiċċju. Jirriżulta li matul dawk l-erba’ xhur, Ray Vella ma kien irċieva l-ebda talba jew ordni biex jesebixxi dokumenti dwar l-operat tal-Bank Pilatus, mhux direttament mingħand il-Maġistrat Farrugia u lanqas mis-superjuri tiegħu tal-MFSA.”

Aquilina qal li dan wera li l-uffiċjal tal-MFSA li xehed waqt l-Inkjesta Maġisterjali ma tax l-informazzjoni korretta fix-xhieda tiegħu. Qal ukoll mistoqsija leġittima dwar min kienu l-uffiċjali tal-MFSA li fixklu l-kors tal-ġustizzja, qal. Aquilina appella lill-MFSA biex tispjega għaliex il-maġistrat kien ingħata biss id-dokumentazzjoni li kienet maħżuna ġewwa s-safe tal-MFSA, diversi xhur wara li kien ta l-ordni.

“Huwa evidenti li għal diversi xhur kien hemm attentat mill-MFSA biex id-dokumentazzjoni mitluba ma tasalx f’idejn il-maġistrat.” “L-MFSA għandha l-obbligu li tipprovdi lill-pubbliku spjegazzjoni dwar dan kollu. Xi ħadd jew diversi nies fl-MFSA abbużaw mir-rwol tagħhom, iżda għadhom qed jingħataw kenn mill-MFSA.”