Lokali Parlament

Appell għal inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia

Jerome Caruana Cilia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia appella fil-parlament biex issir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

Fl-Aġġornament tal-parlament Jerome Caruana Cilia tkellem dwar il-każ ta’ Jean Paul Sofia, li fit-3 ta’ Diċembru li għadda miet taħt it-tifrik tal-binja li ġġarrfet f’Kordin.

Hu qal li Sofia nqatel ħabta u sabta u kien rapportat li kien ilu biss seba’ minuti fis-sit tal-kostruzzjoni. Kien propju f’dan il-muemnt li l-bini ġġarraf u qatel lil Sofia; dan hu vittma tal-kilba. Omm Jean Paul hi mbikkma u mweġġa’ fi traġedja għall-familja u għall-pajjiż; li ma kellux bżonnha.

Hu qal li ma jistax ikun li ma jittieħdux l-azzjonijiet meħtieġa quddiem dawn is-sitwazzjonijiet u r-rutina tibqa’ għaddejja qisu xejn. Ċertu nies fl-awtoritajiet responsabbli mhux qed jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom. Ma jistax ikun li jibqgħu jintilfu l-ħajjiet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-pajjiż jinsab fi krizi fejn kulħadd qed jagħmel li jrid.

Jerome Crauana Cilia kompla li hawn bażużli involuti jaħsbu li huma allat għax jafu li hemm persuni fil-poter li LEsti jgħattulhom u jaqbżu għalihom; jekk mhux qiegħdin konfoffa magħhom fin-negozju.

Hu qal li l-pajjiż irid jaffronta din il-kriżi u sostna li ħadd m’għandu jħares lejn wiċċ ħadd. Jekk tkun viċin ta’ xi ministru jħalluk tagħmel li trid, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li minn dakinhar tal-inċident tal-mewt, il-familja ma ngħataw l-ebda dettalji.

Hawn nquqas ta’ trasparenza fejn is-silenzju u l-ħabi jiddominaw. Omm il-vittma qed tisħaq li binha ma jkunx tiLEf ħajtu għalxejn u għalhekk se tkun qed tagħmel minn kollox biex issir ġustizzja.

Id-deputat Nazzonalista qal li l-każ qed jinżamm f’segretezza asosluta u ħadd, inkuż il-qraba, ma jafu xejn. Ħadd m’għandu jerġa’ jgħaddi minn espejrenza bħal din, sostna Caruana Cilia, li kompla li ma jistax ikun li dawn l-istejjer ikunu ripetuti.

Id-deputat Nazzjonalista fakkar il-memorja ta’ Myriam Pace u qal li ċertu attitudni turi li dan mhux gvern tal-kotra iżda li quddiem dawn l-erba’ cowboys, ma jieqfux jibilgħu u jiffangaw jibqa’ ħalqu magħluq. Hu appella biex il-gvern jaħtar inkjesta pubblika biex l-affarijiet jimxi bi trasparenza u mhux bil-ħabi biex toħroq il-verità kollha biex issir ġustizzja.

Jerome Caruana Cilia semma’ l-iżvilupp massiċċ fi Triq il-Kummerċ f’Ħal Qormi u qal li dan hu żivilupp ta’ supermarket propost f’żona ODZ. Hu sostna li dan l-iżvilupp se jkun ta’ detriment kbir għar-residenti Qriema u kompla li r-residenti huma urtati u mbeżża’ jekk jinħarġu l-permessi.

Hu staqsa jekk hemmx l-istudji neċessarji, jekk l-awtoritajiet jafux bl-impatt fuq it-traffiku u l-parkeġġ fiż-żona li hi diġà mgħobbija b’ħafna sfidi bħala żona industrijali.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dan il-bini hu propost fl-uniku pulmun li hemm fiż-żona u sostna li din tkun daqqa ta’ ħarta għar-residenti.

B’dan l-iżvilupp f’ODZ se tkun qed tinqered għal dejjem l-art ODZ, sostna tad-deputat Nazzjonalista, li qal li din l-art se tinsteraq mill-ġenerazzjonijet preżenti u futuri. Dan l-iżvilupp m’għandux ikun approvat, appella Jerome Caruana Cilia.