Futbol Sport

FA Cup: Liverpool javvanzaw għar-rawnd li jmiss b’gowl ta’ Harvey Elliot

(Ritratt: EPA)

Fir-replay tat-tielet rawnd tal-FA Cup, Liverpool għaddew għar-rawnd li jmiss b’gowl stupend ta’ Harvey Elliot fl-ewwel taqsima.

Liverpool marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta l-midfielder Harvey Elliot skurja wieħed mill-isbaħ gowls fil-kompetizzjoni s’issa b’gowl individwali, fejn ikkonkluda l-azzjoni brillanti tiegħu b’xutt b’saħħtu li għeleb għal kollox lil Jose Sa.

Liverpool se jaffrontaw lil Brighton fir-raba’ rawnd tal-kompetizzjoni fit-28 ta’ Jannar fl-4:00pm fl-Amex Stadium.

Riżultati:

Forest Green 1-2 Birmingham

Swansea 1-2 Bristol City (wara l-ħin barrani)

Wigan 1-2 Luton

Wolves 0-1 Liverpool

West Brom 4-0 Chesterfield