Għada hija l-ewwel ġurnata ta’ kwalifikazzjoni għall-ediżjoni tal-EURO 2023 li se ssir ġewwa l-Porec Arena fil-Kroazja.
Il-fażi finali tal-kompetizzjoni huma mistennija jibdew fit-3 ta’ Settembru 2023 u jintemmu ġimgħa wara.
55 membru jagħmlu parti mill-UEFA, madankollu 35 tim biss se jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss.
Fost it-timijiet li se jieħdu sehem fil-kwalifikazzjoni, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena se jipparteċipa għall-ewwel darba għada, bl-ewwel partita tkun kontra l-Ingilterra fl-4:30pm, skwadra li hi meqjusa bħala waħda mill-aktar b’saħħithom fil-kompetizzjoni. Il-partiti kolllha se jintlagħabu ġewwa l-LSC Druskininka Hall fil-Litwanja.
Barra minnhekk il-Maltin jerġgħu jilagħbu pitgħada fis-7:30 kontra l-Litwanja, kif ukoll fil-21 ta’ Jannar kontra L-Estonja fit-3:30pm.
Il-kowċ Carlo Scicluna sejjaħ 12-il plejer għal dawn il-partiti:
Goalkeepers: Matthias Borg, Zeon Montanaro
Plejers: Keiron Debono, Nathan Balzan, Kubilay Karadol, Ivin Gatt, Deyan Pace, Collin Sammut, Denzel Camilleri, Mason Agius, Shiraz Attard, Amin Louati.
//= $special ?>