Id-direttur tal-Electrogas Ray Fenech qal fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li jekk il-Kumitat għandu xi mistoqsijiet dwar il-minuti tal-Bord tad-Diretturi tal-Electrogas jew xi suġġetti oħra għandu jibgħat għal Yorgen Fenech u jistaqsi lilu.
Ray Fenech xehed quddiem il-PAC fejn ippreżenta kopja ta’ dokumenti tal-Electrogas mitluba mill-istess kumitat biex ikunu skrutinati. Il-PAC għadu għaddej bl-investigazzjoni dwar il-kuntratt tal-power station tal-Electrogas.
Il-laqgħa kienet preseduta mid-deputat Nazzjonalista u Chairman tal-Kumitat Darren Carabott u għall-Oppożizzjoni attendew id-deputati David Agius u Graham Bencini waqt li għall-gvern attendew il-Whip tal-Gvern Andy Ellul, il-Ministru Clayton Bartolo u d-deputati Glen Bedingfield u Alex Muscat.
Fix-xhieda tiegħu d-Direttur tal-Electrogas Ray Fenech qal li hu m’għandu l-ebda dubju fuq l-Electrogas u kompla li kieku l-Awditur xamm xi korruzzjoni kien imur għand il-pulizija.
Iċ-Chairman tal-Kumitat Darren Carabott ikkoreġa lil Ray Fenech u spjegalu li r-rapporti kollha tal-Awditur Ġenerali jmorru għand il-Kummissarju tal-Pulizija u għalhekk ir-responsabbiltà li jittieħdu jew ma jittieħdux passi kriminali dwarhom hi tal-Pulizija. Ray Fenech sostna wkoll li hu kien ra l-minuti tal-Electrogas u kien qata’ minnhom partijiet sensittivi kumemrċjalment.
Il-pajjiż qed igawdi ħafna mill-proġett tal-power station tal-Electrogas, sostna Ray Fenech, li kompla Tumas Group qatt ma għamlu xejn ħażin. Jekk saret xi ħaġa ħażina fil-proċess…allura hemm l-Awditur Ġenerali…. irranġaw il-proċessi, sostna Ray Fenech, li qal li jekk irid il-PAC jista’jsejjaħ anki lil Yorgen Fenech.
Il-kumitat aġġornaw għall-ġimgħad-dieħla eta se jerġa’ jixhed l-ex ministru Laburista Konrad Mizzi.
//= $special ?>