Lokali Parlament

Il-gvern irid biss jipproteġi lilu nnifsu

Rebekah Borg, PN


Id-deputat Nazzjonalista qalet fil-parlament li fil-bildiet fi-metodu tal-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards, il-gvern irid jipproteġi lilu nnfisu u jgħatti xturu.

Rebekah Borg q al li l-gvern lest jipperikola d-demokrazija u jkisser dak li nbena tul is-snin; dan qed jgħiduh il-gazzetti indipendenti li qed jkkritikaw il-fatt li l-gvern irid jappunta lil min irid hu anki jekk l-Oppożizzjoni ma taqbilx.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern irid jipproteġi lilu nnifsu fil-kariga tal-Kummisarju għall-Istandards li jrid hu. Rebekah Borg qalet li l-ħatra tal-Kummissarju għall_istandards hi importanti biex in-nies ikollhom il-fiduċja li din l-istituzzjoni tant għandha bżonn. Il-gvern mhux ifittex li l-poplu jkollu din il-fiduċja.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li din hi opportunità li tgħolli l-parlament ‘il fuq mill-partiġġjaniżmu iżda jidher li l-gvern se jtellef din l-opportunità. Il-Prim Ministru ma jridx konsultazzjoni, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li d-deċiżjoni tal-gvern qed ittellef il-fiduċja tal-poplu fil-politiċi.

Rebekah Borg qalet li l-emenda tgħid ukoll li jista’ jiżdied isem fit-tieni u t-tielet vot u allura lanqas ikun hemm diskussjoni dwaru.