Fil-Kumitat Parlamentari għax-Xogħol tal-Kamra li ltaqa’ ftit ħin ilu fil-parlament, il-gvern baqa’ ma tax data meta se jippreżenta uffiċjalment l-emenda għall-emenda fil-Kodiċi Kriminali li biha se jkun qed idaħħal l-abort.
Dan jirriżulta minn tweġiba li ta l-Whip Laburista Andy Ellul għal mistoqsija tal-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li staqsa meta l-gvern li se jressaq formalment l-emenda għall-emenda li biha se jdaħħal l-abort għaliex s’issa kull ma kien hemm huma dikjarazzjonijiet fil-media mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
L-uniku tweġiba li l-Whip Laburista kienet li l-gvern għad m’għandux id-dati finalizzati biex ilaqqa’ l-Kumitat Parlamentari għall-Kunsiderazzjoni tal-Abbozzi li quddiemu se tmur din l-emenda wara li l-ewwel emenda kienet diġà approvata fl-istadju tat-tieni qari fil-parlament.
Il-Ministru tal-Intrn Byron Camilleri qal li l-gvern qed jipprova jiħaq il-konsensus meħtieġ dwar l-emenda għall-emenda li biha se jiddaħħal l-abort fil-pajjiż.
Għall-Oppożizzjoni pparteċipa wkoll id-deputat Nazzjonalista David Agius.
//= $special ?>