Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament li l-gvern ma jridx Kummissarju għall-Istandards maqbul għax jaf x’każ ta’ abbużi pendenti fil-konfront ta’ ministri u segretarji parlamentari.
Beppe Fenech Adami qal li b’dan l-abbozz il-gvern qed iwaqqa’ l-maskra tiegħu u qed tinkixef realtà inkredibbli ta’ gvern li hu kommess li jkompli jimmina u jkisser l-istituzzjonijiet tal-pajjiż; jimmina d-demokrazija tal-pajjiż u l-pilastri tad-diċenza. Hu qal li l-gvern għandu rekord li hekk kif jara istituzzjoni qed tiffunzjona jara x’jivvinta biex jimminaha.
Dan seħħ fil-qasam tal-pulizija b’mod intenzjonat, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li llum wara numru ta’ snin taħt it-temxxija tal-Kummissarju Angelo Gafa, hawn konferma li l-gvern għamel deċiżjoni ħażina f’din il-ħatra u l-PN ingħata raġun.
Illum hawn Korp tal-Pulizija li se jieħu passi kriminali kontra persuna li għandha paġna ta satira politika. Hu espriema s-sodiarjetà tal-PN ma’ Matthew Bonanno li kiteb il-post fuq il-paġna satirika. Dan fl-istess waqt li Konrad Mizzi, Keith Schembri u dawk li serqu l-miljuni lill-poplu Malti għandhom jiġru barra.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pulizija llum tkisser liż-żgħir u ma tieħu passi mal-kriminali l-kbar.
Il-Gvern kisser, bi pjan, l-istituzzjoni tal-Avukat Ġenerali li issa wasal fl-assurd li maġistrat jagħmel inkjesta u jiddikjara li jittieħdu passi iżda l-Avukat Ġenerali jagħmel li ma jieħux passi kriminali dwar dak li ordna l-maġistrat. Dan hu dak li seħħ fl-inkjesta dwar il-Bank Pilatus fejn l-intenzjoni tal-Avukat Ġenerali kienet li ma jara li jieħux passi kontra dan il-persuni indikati mill-maġistrat.
Il-gvern ipprova jkisser ukoll l-Uffiċċju tal-Ombudsman tant li l-Ombudsman ilmenta għall-fatt li l-parlament mhux jiddiskuti r-rapporti tiegħu.
Beppe Fenech Adami semma’ l-PAC u qal li b’intenzjoni, il-gvern jara kif ikisser ir-rapporti kollha ta’ kundanna lill-gvern mill-Awditur Ġenerali. Fost dawn hemm ir-rapport dwar il-power station tal-Electrogas, li kienet ħadma li sal-lum qed tiswa lill-poplu eluf fuq eluf ta’ euros.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed jimmina l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards apposta biex ma jkollux problema bir-rapporti li seta’ ħoloqlu l-ex Kummissarju għall-Istandards George Hyzler.
Beppe Fenech Adami qal li fi żmien George Hyzler kien hemm diversi rapporti fil-konfront tal-gvern; dawn kienu rpaporti li jikkofnermaw li l-istandards spiċċaw. Fost dawn kien hemm ir-rapport dwar kif l-ex ministru Justine Caruana li impjegat lis-sieħeb tagħha fil-Ministeru għal Għawdex.
Il-PL jinkwieta għax jekk kien hemm rapport fuq impjieg ta’ persuna waħda, allura l-Ministru għal Għawdex għandu għax jinkwieta għax f’Għawdex m’hemmx kontroll u kulħadd jaħdem mal-gvern.
Rapport ieħor ta’ George Hyzler kien dwar kif il-gvern jiffinzja l-media tal-PL u rapport ieħor kjien dwar Rosianne Cutajar fejn l-ex Kummissarju ddeċieda li kellha problema fid-dikajarzzoni tal-assi tagħha. Għalhekk il-gvern jinkwieta minħabba dawn id-dikjarzzjonijiet tal-ministri tiegħu. Il-gvern jinkwieta li l-Kummissarju għall-Istandards jinvestiga lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat fuq vaganzi li għamel ma’ persuni fin-negozji li wara spiċċaw jieħdu t-tenders.
Beppe Fenech Adami qal li l-gvern hu inkwetat li jkollu Kummissarju għall-Istandards effettiv għax hemm numru ta’ rapporti pendenti; il-pajjiż issa diġà ilu diversi xhur mingħajr Kummissarju għall-Istandards filwaqt li hemm rapporti pendenti.
Fost dawn hemm talba quddiem il-Kummissarju tal-Istandards għal investigazzjoni dwar Segretarju Parlamentari li tela’ Sqallija bil-karozza tal-gvern flimkien mal-familja tiegħu u bil-fuel imħallas mit-taxxi tal-poplu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm ukoll talba dwar kif il-Ministru Ian Borg kellu l-kampanja iffinanjzata b’mod esaġerat min kumpanija li ta direct orders meta kien ministru. Tajjeb li l-poplu jkun jaf kif jista’ ministru jonfoq €150,000 tined u jiddikjara li qisu xejn m’hu xejn.
Beppe Fenech Adami qal li hemm ukoll talba għal investigazzjoni kif il-parlament kien żvijjat fuq il-liċenzja tal-AUM.
//= $special ?>