Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li bl-emenda li qed iressaq, l-gvern mhux iħalli li l-pass demokratiku kif jinħatar Kummissarju għall-Istandards jikber.
Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li jrid ikun ikkunsidrat li kien hemm qbil unanimu u loġiku mill-parlament fil-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards għaliex hu sewwa li dan il-Kummissarju jkollu l-appoġġ tal-parlament kollu.
Hu qal li hemm il-prinċipju legali, ta’ governanza u ta’ demokrazija, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din hi waħda ta’ prinċipji demokratiċi li tiffoka fuq uffiċjal tal-parlament li jiġġudika d-deputati tal-istess kamra. Din hi parti mis-separazzjoni tal-Istat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern se jneħħi parti importanti mill-iskrutinju importanti fil-proċess demokratiku.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-bidu kulħadd fehem li għal din il-kariga kellu jingħażel bniedem li jgawdi l-appoġġ tal-parlament. Hu sostna li l-gvern ma jistax jagħżel lil min se jiġġudikah u kompla li mhux faċli li persuna jun Kummissarju għall-Istandards minħabba li jiġġudika fuq bnedmin li hu jaf direttament.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Kummissarju għall-Istandards jrid ikollu wkoll kunsens politiku u kompla li bl-għażla arbitrarja tal-gvern kull deċiżjoni li tingħata mill-Kummissarju se tiġi suxxettibbli għall kritka minħabba li ma jeżistix l-appoġġ politika iżda jeżisti biss l-appoġġ legali.
Carm Mifsud Bonnici kompla li hu fl-interess ta’ kulħadd li l-politika tieħu deċiżjonijiet tajbin fl-interess tad-demokrazija. Hu sostna li l-gvern mhux jippermetti li dan il-pass demokratiku jikber.
//= $special ?>