Lokali Parlament

Il-gvern qed ibiddel il-liġijiet biex tgħaddi tiegħu

Janice Chetcuti, PN

Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet fil-parlament li l-gvern qed ibiddel il-liġijiet biex tgħaddi tiegħu.

Janice Chetcuti tkellmet dwar l-importanza tal-Kummissarju għall-Istandards u tal-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u dwar l-importanza li dan ikun maħtur bil-fiduċja taż-żewġ naħat tal-parlament. Jeħtieġ li l-liġijiet eżistenti tibqa’ fis-seħħ u li l-Kummissarju jibqa’ jingħażel b’żewġ terzi tal-parlament.

Hi qalet li l-gvern m’għamilx konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni u spjegat kif il-personalità tal-individwi m’għandha titkisser qatt iżda l-kunsens meħtieġ irid ikun attwat. Din is-sitwazzjoni ma tindikax tajjeb fejn il-gvern irid jibqa’ għaddej jagħmel dak li jrid hu billi anki jbiddel il-liġi biex tgħaddi tiegħu.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li dawn l-affarijiet ma jseħħux f’pajjiż demokratiku fejn il-gvern irid jagħzel lil min irid hu bħala Kummissarju għall-Istandards.