Lokali Parlament

Il-gvern qed inaqqas ir-riga tal-istandards fil-politika

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li l-gvern qed inaqqas ir-riga tal-istandards fil-politika.

Darren Carabott qal li l-politika qed tiffaċċja kriżi fil-pajjiż u sostna li l-politiċi għandhom jistaqsu għaliex mhux qed ikunu fdati. Dan id-dibattitu hu waħda mir-raġunijiet li qed iwassal għal din in-nuqqas ta’ fiduċja.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-parlament suppost qed jiddissuti lill-persuna li jiskrutinja lill-istess deputatri iżda minflok il-gvern irid ibiddel il-metodu kif jinħatar il-Kummissarju għall-Istandards.

Hu kompla li l-gvern qed jabbuża mis-sistema u żied li l-gvern qed jgħid li m’hawnx maturità fil-parlament beix tinstab din il-persuna ta’ fiduċja. Dan id-dibattitu qed jirrifletti l-mod kif qed jgħix il-poplu Malti; fejn qed tidħol il-mentalità li mhu kemm taf iżda lil min taf.

Darren Carabott fakkar kif il-gvern qed jinjora r-rapporti tal-Ombudsman kif qed jagħmel bl-attentat mill-gvern bl-attakki fuq ir-rapporti investigattivi tal-Awditur Ġenerali. Hu qal li l-gvern qed ibaxxi r-riga tal-karigi u tal-istituzzjonijiet fil-pajjiż.

Darren Carabott semma’ d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju għall-Istandards fosthom deputati tal-gvern abbużaw minn poteri li għndhom. Għalhekk il-gvern irid ipoġġi hu lil min ikejjel l-istandards.

Hu semma’ diversi każi ta’ rapporti li għamel il-Kummissarju għall-Istandards fejn stabilixxa li Rosianne Cutajar ma ddikjaratx dħul ta’ eluf ta’ euros fid-dikajarzzjoni tat-taxxa, Justine Caruana tat kuntratt lil sieħeb tagħha, Konrad Mizzi ħareġ stqarrija mid-DOI fejn it-tonalità użata ma kinitx aċċettabbli, li uża ħażin ta’ fondi pubbliċi f’riklami u li nħatar konsulat tal-MTA wara li ma baqax ministru, li Joseph Muscat aċċetta tliet fliexken inbid li jiswew €6,000, li Julia Farrugia tat vanġġ lil kumpanija privata, li Silvio Schembri għamel kontenut partiġġjan fi stqarrija, li Carmelo Abela uża fondi pubbliċi f’riklami, li deputati Laburisti ngħataw pakkett finanzjarji u li segretarji parlamentari u ministri wżaw fondi pubbliċi fil-media Laburista.

Darren Carabott qal li hu ovvju li l-gvern irid inaqqas ir-riga tal-istandards fil-politika u sosta li minkejja dan, l-Oppożizzjoni għandha fiduċja li l-parlament jista’ jintlaħaq ftehim.

Darren Carabott qal li dan qed iwassal għal sfiduċja fil-politiċi u kompla li b’din l-emenda l-gvern irid ibiddel biex jagħżel hu li min irid Kummissarju għall-Istandards biex l-istandards jagħmilhom il-gvern. Dan biex minflok l-istandards jgħolew, dawn jitbaxxew.