Lokali Parlament

Il-gvern qed jagħmel ħsara lill-istituzzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards u lill-parlament

Joe Giglio, PN

Id-deputat Nazzjonaista Joe Giglio sostna li l-imġieba tal-gvern fil-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards qed tagħmel ħsara lill-istituzzjoni Kummissarju għall-Istandards u lill-parlament.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qal li d-diskussjoni m’għandhiex tiffoka fuq il-persuni u fuq l-ismijiet għaliex id-diskussjoni dwar il-Kummissarju għall-Istandards hi waħda importanti ħafna.

Hu qal li l-perjodu meta qed titressaq din il-liġi hu attakk fuq l-istituzzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-pajjiż. Il-gvern qed ibiddel ir-regoli propju meta kien beda l-proċess għall-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards.

Hu qal li l-persuna li se tkun appunata fil-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards se titlaq fuq sieq ħażina għaliex taf li l-Oppożizzjoni m’għandhiex fiduċja fiha għal din il-kariga.

Dan se jdħgajjef luffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards u anki lill-persuna li se tinħatar. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards se jkun politiċizzat b’din il-kariga li l-Prim Ministru qed jibqa’ jinsisti fuqha. Dan se jnaqqar il-fiduċja fil-Kummissarju għall-Istandards.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern irid jibqa’ jgħaddi romblu minn fuq kulħadd u sostna li l-imġieba tal-gvern qed tagħmel ħsara anki lill-istituzzjoni tal-parlament u lil-pajjiż.

Hu qal li wasal iż-żmien li jkun kunsidrat li persuna ġejja mill-kamp legali li qed jitpoġġa fil-pożizzjoni li jiġġudika lill-politiċi minħabba li dan ikun ġej minn kamp differenti.