Lokali Parlament

Il-gvern qed juru li ma jemminx fid-demokrazija

Graham Bencini, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal fil-parlament li l-gvern qed juru li ma jemminx fid-demokrazija.

Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal li r-rwol tal-Kummissarju għall-Istandards hu wieħed ta’ importanza kbira. Hu sostna li l-gvern ma jridx li l-pajjiż ikollu fiduċja tal-parlament kollu iżda jrid li jkollna Kummissarju li hu biss ikollu fiduċja fih.

Id-deputat Nazzonalista kompla li din hi d-demokrazija li jemmen fiha l-gvern u sostna li l-gvern ħataf ix-xandir pubbliku u ma jweġibx il-mistoqsijiet parlamentari; issa l-gvern irid ibiddel il-liġijiet biex dawn ikunu jaqdu biss ill-gvern.

Graham Bencini sostna li mhux minnu li l-PN kien qed jipproponi dan il-mekkaniżmu fil-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards. Hu qal li l-gvern irid juri bil-fatti jekk jemminx fid-demokrazija.