Lokali Parlament

Il-gvern ressaq isem wieħed biss u ma jridx jagħmel tentattivi oħra għal soluzzjoni

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li l-gvern ressaq isem wieħed biss għall-Kummissarju tal-Istandards u ma jridx jagħmel tentattivi oħra għal soluzzjoni.

Paula Mifsud Bonnici qalet li l-gvern ressaq dan l-abbozz b’kapriċċ minn Prim Ministru li ma kienx kapaċi jsib kunsens u li jikseb il-fiduċja taż-żewġ terzi tal-parlament.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li din il-liġi tkisser il-liġi li kulħadd kien qed jaqbel li kienet tajba. Hi sostniet li kienu l-esponenti tal-gvern li qed jippersonalizzaw dan id-dibattitu billi jinsinwaw li għax persuna kienet nominata minn gvern Nazzjonalista kien iħadan il-prinċipju Nazzjonalista.

Paula Mifsud Bonnici kompliet li l-abbozz tal-liġi jikxef l-iskop u l-malinità tal-gvern fejn flok il-gevrn jara kif jakkwista l-kunsens tal-aprlament jara kif jibdel il-liġi biez jaħżel lill-Kummissarju b’maġġoranza sempliċi. Flok qed jagħti kredenzjali u l-għodda lill-parlment biex ikompli jaħdem, il-gvern qed ikisser id-demokrazija u jdgħajjef l-istituzzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards.

Mhux minnu li l-PN kien ippropona dan il-mekkaniżmu għall-Kummissarju tal-Istandards iżda dan kien propost biss għal karigi li huma maħtura mill-gvern stess. Mhu minnu wkoll li l-Kummissjoni Venezja qed itpproponi dan il-mekkaniżmu għaliex il-Kummissjoni Venezja tgħid li għandha tinħoloq kummssjoni apposta meta ma jkunx hemm qbil dwar il-Prim Imħallef u qed tipproponi fdin is-sitwazzjoni tkun din il-kummissjoni newtrali li tagħżel hi lill-Prim Imħallef.

Fl-Ingilterra l-ewwel ikun hemm sejħa pubblika biex il-persuni interessati japplikaw u wara l-applikanti jgħaddu għal proċessi ta’ intervisti. Wara jkun hemm lista mnaqqsa biex issir it-tieni intervista u jkun il-kandidat finali biss li jmur għall-approvazzjoni tal-parlament.

Paula Mifsud Bonnici qalet li l-Prim Ministru ippropona bi isem wieħed li ma kienx kapaċi jġib qbil fuqu. Kemm il-tentattiv għamel il-Prim Ministru biex iġib kunsens? Hi appellat għall-maturità politika beix jerġgħu jibdew id-diskussjonijiet u tinstab soluzzjoni biex il-poplu Malti jkun wettaq rebħa u jingħata garanzija ta’ demokrazija, imparzjalità u awtonomija veru għall-Kummissarju għall-Istandards.