Alex Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg qal fil-parlament li l-Kummissarju għall-Istandards jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu b’imparzjalità meta jkollu l-fiduċja taż-żewġ naħat
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg tkellem dwar il-mod kif l-ex Kummissarju Hyzler ma waqafx minn din il-kariga iżda kien appuntat mill-gvern fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Hu kompla li l-Prim Ministru kellu ħames xhur ċans biex jiftiehem mal-Kap tal-Oppożizzjoni u jaqblu fuq persuna li tkun aċċettata miż-żewġ naħat.
L-Oppożizzjoni ressqet persuni kompetenti anki mill-kamp Laburista għal din il-kariga, sostna Alex Borg, li tratta wkoll l-importanza tal-imparzjalità fil-ħidma tal-Kummissarju għall-Istandards fl-iskrutinju tiegħu tad-deputati.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ex Kummissarju George Hyzler qatt ma ddejjaq jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji kemm fuq ministri kif ukoll fuq deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra.
Għall-gvern din hi opportunità ta’ logħba politika, sostna Alex Borg, li kompla li l-gvern qed jaġixxi b’anti demokratiku meta jrid jibdel ir-regoli tal-logħba biex jaġevolaw l-interessi tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Uffiċċju għall-Istandards fil-Ħajja Pubbliċi jinforma wkoll lill-elettorat jekk id-deputati hux qed jaqdu dmirhom sew. Il-Prim Ministru għandu jerġa’ jiddiskuti mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex tinstab persuna ta’ fiduċja biex vermanet jintbagħat messaġġ li l-politiċi jemmnu fid-demokrazija.
//= $special ?>