Minkejja li ninsabu fis-sena 2023 il-Qorti lanqas biss għandha għad-dispożizzjoni tagħha ‘photocopier’ bil-kulur. Dan ħareġ meta fil-ġuri waqt ix-xhieda tal-espert forensiku Mario Scerri fil-ġuri tal-Libjan Habesh Ismael, ta’ 52 sena u t-Tuneżin Mahouachi Faical ta’ 55 sena, akkużati bil-qtil ta’ Sion Grech fil-Marsa, l-Imħallef Aaron Bugeja innota li diversi ritratti fotokopjati suwed u bojod ma kinux tajbin biżżejjed b’mod li f’ċerti relazzjonijiet dawn il-kopji tar-ritratti lanqas biss jintgħarfu.
“Għall-ġejjieni Qorti tissolleċita lill-amministrazzjoni tal-Qorti, biex kopji ta’ dawn ir-relazzjonijiet isiru bil-kulur sabiex il-ġurati jkollhom f’idejhom b’mod immedjat u faċilment aċċessibbli, kopjji bil-kulur tar-ritratti li jkunu jinsabu fir-relazzjonijiet imsemmija fil-Qorti. Dan jiffaċilita bis-sħiħ ix-xogħol tal-ġurija f’każijiet bħal dawn. Il-Qorti qed tordna li dan il-verbal jiġi kkomunikat Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Qorti.” Dan kien il-verbal li kien ikkomunikat mill-Imħallef sedenti fil-ġuri.
Ritratti li jiġu esebiti fil-Qorti, jkun xi jkun il-każ huma ta’ mportanza kbira u prova mportanti għall-Qorti. Ikun hemm okkażjonijiet ukoll, qalulna xi avukati li foto-kopji bil-kulur jsiru minnhom stess u minkejja d-diversi talbiet li kemm il-darba saru, xorta baqa’ ma sar xejn.
//= $special ?>