Il-Qorti kienet infurmata li raġel akkużat li aggredixxa u hedded lil sieħbu kien tefa’ żewġ brikksit fuq il-widnscreen tal-karozza pparkjata tagħha minħabba li hija kienet irrifjutat l-istedina tiegħu għal biex imorru jieklu filgħaxija. L-Ispettur Audrey Micallef ressqet lir-raġel Maċedonjan ta’ 32 sena quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.
L-Ispettur qalet lill-Qorti kif it-taqsima tal-Vjolenza Domestika kienet irċeviet rapport nhar il-Ħadd mingħand is-sieħba tar-raġel. “Hija stqarret li meta jixrob l-alkoħol u jkun hemm ukoll drabi fejn ipejjep sustanzi illegali, l-imġieba tiegħu ssir aggressiva.
L-abbuż mentali u fiżiku kien eskala minn Awwissu.” Mill-pedana tax-xhieda, l-Ispettur Micallef spjegat li l-vittma kienet qal lill-Pulizija b’diversi inċidenti vjolenti li kienu jinvolvu lill-akkużat. “F’okkażjoni minnhom kien kaxkarha ‘l barra mir-residenza tiegħu minn xagħarha, darba oħra kien taha bis-sieq u għamlilha tbenġilha fuq għajnejha x-xellugija,” hija qalet, u żiedet li dan kien minbarra t-theddid verbali u bil-miktub li kien jibgħatilha permezz tal-midja soċjali u messaġġi.
“It-theddid kien ukoll kontra l-ħajja tal-mara u l-proprjetà tagħha,” żiedet l-Ispettur. Il-Qorti ġiet infurmata wkoll kif f’okkażjoni minnhom, il-mara kienet marret bar ma’ waħda minn sħabha, biex hemmhekk ġiet segwita mill-akkużat li spiċċa fis-sakra u akkużaha li marret il-bar għax għoġobha wieħed mill-istaff li jservi.
Kien jinsulenta wkoll lill-mara u jakkużaha li għamlet sess ma’ irġiel oħra għall-flus. Il-vittma tant beżgħet li ddeċidiet li tkun aktar siguru li tħalli l-karozza tagħha f’Buġibba u tieħu taxi d-dar. L-għada, meta marret lura f’Buġibba biex tiġbor il-karozza tagħha, sabet li l-vettura ġarrbet ħsarat estensivi.”
Ħsara li tlaħħaq madwar €6,000. Il-windscreen kien imfarrak bi briks, li nstabu fuq is-seat tas-sewwieq u tal-passiġġieri,” qalet l-ispettur. Il-mara kienet qalet lill-pulizija li l-akkużat kien ċemplilha aktar tard dakinhar, u qalilha li kien ikkawża l-ħsara għax ma kinitx marret miegħu f’ristorant u li kien se jħallas id-danni li kkawża. L-akkużat, li jaħdem bħala technician, u li qal li issa kien qed joqgħod ma’ ommu, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
L-Avukat Josette Sultana, li rrappreżentat lill-akkużat bħala avukat tal-għajnuna legali, talbet il-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest, fid-dawl tal-akkużi serji u l-biża’ li kien se jbagħbas il-provi jew attentat li jikkorrompi x-xhieda, li kienu għadhom ma xehdux.
“Ilu Malta biss sena u nofs.” Sultana sostniet u qalet li mhemmx riskju li jaqbad titjira u jitlaq mill-pajjiż. “M’għandux ikun diskriminat għax mhux Malti. Għandu impjieg stabbli u joqgħod ma’ ommu f’San Pawl il-Baħar, filwaqt li l-allegata vittma tgħix San Ġiljan, u għalhekk il-Qorti tista’ timponi salvagwardji.”
Il-Qorti madankollu ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja f’dan l-istadju, filwaqt li nnotat li ammont sostanzjali ta’ akkużi,12 b’kollox kienu relatati mal-vittma. Il-Qorti kellha tiżgura wkoll li l-ebda tbagħbis ta’ evidenza jew intimidazzjoni ma tkun diretta lejn il-vittma sakemm hija tixhed, qalet il-Maġistrat, li ħeġġet lill-Prosekuzzjoni biex tressaq lill-vittma biex tixhed fl-opportunità li jmiss.
//= $special ?>
