Is-sitwazzjoni tal-mediċini out-of-stock u n-nuqqas kbir ta’ antibajotici hi waħda mit-temi li llejla se tkun diskussa waqt il-programm PROFILI, bil-mistieden għal din l-edizzjoni se jkun it-tabib Mario Rizzo Naudi.
Fil-programm, Rizzo Naudi jisħaq kif ta’ kuljum il-mediċina qed tevolvi, iżda bħalissa hawn ħafna nkwiet għax m’hawnx antibiotics u t-tobba mhux ikollhom mediċina x’jistgħu jagħtu.
Fi PROFILI t-tabib Rizzo Naudi jirrakkonta wkoll ġrajja li seħħet viċin ir-residenza tiegħu, fejn daru spiċċat inbidlet fi sptar minħabba numru ta’ nies li kienu weġġgħu.
PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul se jkun qed jixxandar illejla fit-8.30pm fuq NET TV.
Mario Rizzo Naudi, it-tabib, fejn b’għemilu permezz tal-professjoni medika kontinwament resaq viċin iċ-ċittadin u fil-programm se nkunu qed naraw lil Mario Rizzo Naudi mhux mil-lenti medika biss, iżda se nkunu qed nippruvaw naraw dak li sawwar lill-profil.
