Futbol Sport

Serie A: Empoli jitfgħu lil Sampdoria f’aktar inkwiet

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Carlo Castellani Empoli għelbu lil Sampdoria 1-0.

Rebħa minima għal Empoli kienet biżżejjed biex telgħu fit-12-il post bi 22 punt daqs Bologna. Għal kuntrarju, Sampdoria aktar minn qabel jidhru destinati li staġun ieħor ikunu relegati meta għndhom disa’ punti biss u jinsabu fid-19-il post daqs Verona.

Il-ħames rebħa tal-istaġun għal Empoli immaturat fil-55 minuta meta minn azzjoni ta’ Razvan Marin kien Tyronne Ebuehi li għeleb lil Emil Audero f’dak li kellu jkun il-gowl deciziv.

Fit-tieni taqsima, minkejja li kibret il-pressjoni, id-difiża ta’ Empoli u wisq aktar Guglielmo Vicario ddefendew il-vantaġġ minimu. Fit-tmien minuta mit-tlettax-il minuta ta’ ħin miżjud li ingħataw, Omar Colley għeleb lil Vicario. Madankollu r-referee Alberto Santoro kkonsulta l-VAR u ma kkonvalidax il-gowl minħabba foul fl-istess azzjoni.