Tiraturi Maltin qed jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-Isparar tal-Federazzjoni Internazzjonali li qed issir f’Rabat fil-Marokk. Malta qed tieħu sehem kemm fil-kompetizzjoni individwali kif wkoll fit-timijiet.
Marcello Attard, Clive Farrugia u Marlon Attard kellhom riżultati tajba fejn laqtu rispettivament 122, 121 u 119 minn 125 plattina.
Liam Sciberras u Andre Cassar kienu wkoll qed jikkompetu f’din it-Tazza tad-Dinja, fejn Sciberras laqat 114 minn 125 filwaqt li Cassar laqat 104 minn 125.
B’dan ir-riżultat, Marcello Attard u Clive Farrugia temmew fl-10 u l-11-il post rispettivament, filwaqt li Marlon Attard temm fil-21 post .
Għat-tielet darba konsekuttiva, Clive Farrugia falla x-shoot-off bi plattina.
Wara l-kompetizzjoni individwali, Marlon Attard , Clive Farrugia u Liam Sciberras ikkompetew fl-kategorija Skeet tat-timijiet. Huma temmew b’total ta’ 202 minn 225 plattina wara li rispettivament laqtu 74, 67 u 61 plattina.
It-Trap Team minn sessjoni ta’ taħriġ ta’ qabel il-kompetizzjoni matul din il-ġimgħa ikun fl-azzjoni kemm fl-individwali kif ukoll fil-kategorija tat-timijiet.
