Il-Pulizija ta’ Palermo għamlet raid fil-post sigriet fejn kien jgħix Matteo Messina Denaro, meqjus bħala wieħed mill-aktar mafjużi perikolużi.
Huwa kien qed jgħix f’Campobello di Mazara. It-tfittxija damet għaddejja matul il-lejl kollu.
Messina Denaro ġie arrestat mill-Pulizija fi Sqallija lbieraħ wara li nqabad minn cameras tas-sigurtà. Matteo Messina Denaro kien ilu xejn anqas minn 30 sena imfittex mill-Pulizija.
Denaro, li kien minn Trapani, inqabad fi klinika privata f’Palermo fejn kien ilu 12-il xahar jieħu kimoterapija. Miegħu arrestat ukoll Giovanni Luppino li kien ix-xufier illi akkumpanjah fil-klinika.
Dan il-boss mafjuż – li kien juża l-isem falz ta’ Andrea Bonafede – kien ilu maħrub mis-Sajf tal-1993 meta dak iż-żmien kiteb lill-għarusa tiegħu u qalilha li dwaru kienet se tisma’ ħafna affarijiet koroh. “Kull mhu se tisma’ huwa gideb”, kien qalilha Denaro.
//= $special ?>