Lokali Saħħa

Tkompli tippersisti l-problema tal-mediċini out of stock… il-Gvern jibqa’ jwaħħal fid-‘dinja’

Ġurnata oħra u tkompli tippersisti l-problema tal-mediċini out of stock. Ġurnata oħra fejn bosta persuni fosthom anzjani u anke żgħażagħ qed ikomplu jħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas ta’ mediċini… mediċini li jitrattaw diversi kundizzjonijiet serji fosthom il-kanċer, l-altrite u d-dijabete. U agħar minn hekk, fost dawn il-mediċni, hemm uħud li ma hemmx alternattiva għalihom.

Iżda l-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqa’ insensittiv għas-saħħa ta’ dawn il-persuni u qed ikompli jaħbi mill-poplu.

Quddiem din ir-realtà, il-Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes …minflok offra soluzzjonijiet….spicca jattakka b’mod partiġġjan, u jdaħħal il-politika.

Bil-Ministru ma jkunx jaf kemm hawn mediċini out of stock.

Fl-aħħar jiem, anke s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli provat titfa’ din il-problema tal-medicini taht it-tapip. U sahansitra qaltilna li n-nies qed jghixu komdi.

Lanqas Roderick Galdes ma kien kapaci jwiegeb id-domandi ta’ dan l-istazzjon. U l-uniku haġa li għamel kienet, li reġa’ żeffen il-politika f’nofs tema tant sensittiva.

Skont il-Gvern bħalissa hawn mill-inqas 22 mediċina out of stock… b’uħud minnhom qas biss hemm ħjiel dwar meta se jkunu qed jaslu f’pajjiżna. Iżda bosta persuni li għamlu kuntatt ma’ Net News semmew numru ta’ mediċini oħra li jinsabu out of stock u li l-Gvern mhux isemmi.

U sadattant, waqt li bosta pazjenti huma inkwetati rigward saħħithom, il-Gvern ta’ Robert Abela m’għandu ebda soluzzjonijiet immedjati għal din il-problema. Meta pajjiżi oħra qed jieħdu din il-kriżi b’serjeta kbira…tant li ħejjew pjan ta’ kontinġenza.