Waqt trażmissjoni qabel il-partita tal-bieraħ valida mill-FA Cup bejn Wolves u Liverpool, f’ħin minnhom instemgħu ħsejjes pornografiċi mill-istudios fil-Molineux.
Dawn il-ħsejjes bdew jinstemgħu appena l-preżentatur, l-eks internazzjonali Ingliż Gary Lineker kien qed jagħmel kollegament ma’ Alan Shearer sabiex jagħti l-analiżi tiegħu dwar il-konfront.
Lineker kellu jirreagixxi hekk kif il-ħsejjes bdew jinstemgħu sew u rrimarka li ma jafx minn fejn ġejjin u jekk hux ġejjin minn xi mobile ta’ xi ħadd fl-istudios.
Apparentament il-Youtuber Jarvo69 dak il-ħin mar live fuq il-Youtube Channel tiegħu fejn kien qed ixandar direttament dak li kien qed jagħmel fejn kien qed iċempel fuq mobile li wara sar magħruf li b’xi mod kien twaħħal mas-set fl-istudios.
Lineker aktar tard fuq Twitter tella’ ritratt tal-mobile li nstab imweħħel u li kien il-mobile li minnu kien qed joħroġ il-ħoss permezz ta’ ringtone issetjata apposta.
Aktar tard il-BBC ħarġet apoloġija u għadu mhux magħruf jekk mhux se tkun qed tieħu passi fil-konfront tal-Youtuber ikkonċernat.