Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li l-mod kif il-gvern irid jaħtar il-Kummissarju għall-Istandards hu disservizz għall-poplu Malti.
Toni Bezzina qal li madwar 97% tal-liġijiet jgaħddu bi qbil mill-parlament iżda fuq din l-liġi li tirregola l-imġieba tad-deputati, ma kienx hemm qbil. Hu kompla li l-gvern irid li tgħaddi biss tiegħu u anki qed jemenda l-liġi oriġinali biex tgħaddi tiegħu.
Dan qed ibiegħed iktar nies mill-politika, sostna Toni Bezzina, li kompla li l-gvern qed jargumenta biss li għandu s-saħħa tal-maġġoranza. Il-gvern mhux ifittex il-kunsens lanqas f’liġijiet fejn hemm bżonn iż-żewġ terzi. Dan qed juri l-arroganza u n-nuqqas ta’ maturità tal-gvern.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza li l-popplu jkollu l-konfront li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu b’serħan il-moħħ. Dawn l-emendi se jkunu ta’ disservizz lill-poplu Malti.
//= $special ?>