Lokali

Diversi terremoti fin-Nofsinhar ta’ Malta

Fl-aħħar sigħat seħħew diversi terremoti fin-Nofsinhar ta’ Malta, b’uħud minnhom saħansitra jinħassu minn numru ta’ lokalitajiet f’pajjiżna.

L-iktar wieħed qawwi kien dak ta’ 5.1 fuq l-iskala richter li seħħew ftit wara l-5 ta’ dalgħodu.

Daqs siegħa ieħor seħħ terremot ieħor, din id-darba ta’ 4.9 fuq l-iskala richter, b’dan jinħass sew minn uħud.