Pier Antonio Panzeri, l-allegat protagonista f’network kriminali involut fi skandlu ta’ korruzzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea, qabel li jiżvela l-involviment ta’ pajjiżi speċifiċi f’dan l-iskandlu flimkien ma’ dettalji oħra relatati man-network. Hu qabel li jikxef kollox wara li laħaq ftehim mal-prosekuturi.
Panzeri , eks membru tal-Parlament Ewropew, hu fost erba’ suspettati li qed jinżammu fil-Belġju u li huma suspettati li aċċettaw it-tixħim mingħand il-Qatar u l-Marokk biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-Assemblea fi Brussell.
Il-Qatar qed tiċħad li pruvat tixtri l-influwenza waqt li l-Marokk ukoll ċaħad li prova jinfluwenza issues bħad-drittijiet għas-sajd u l-istatus kontroversjali tal-Punent tas-Sahara. Ix-xahar li għadda kienu tressqu l-akkużi kontra l-erba’ akkużati wara li l-pulizija qabdet xi 1.3 miljun ewro fi flus kontanti waqt sensiela ta’ rejds li saru f’appartament, dar u lukanda.
Intant, Panzeri qabel li jiżvela kulma jaf dwar it-tixħim u n-network kriminali taħt liġi simili għal tal-‘whistleblower’ u li ntużat darba biss fil-Belġju.
//= $special ?>