Lokali Parlament

Il-gvern m’għandux jipprova joħnoq lill-Oppożizzjoni

David Agius, PN


Id-deputat Nazzjonaista David Agius sostna li l-gvern m’għandux jipprova joħnoq lill-Oppożizzjoni billi jimponi l-pożizzjoni tiegħu.

Fil-parlament David Agius appella għall-irġulija u r-rispett fil-politika u appella wkoll lill-persuna indikata għall-Kummissarju tal-Istandards biex jgħarbel sew id-diskorsi li saru fil-parlament għaliex kull Oppożizzjoni għandha rwol f’pajjiż demokratiku u l-gvern irid jirrispetta lll-Oppożizzjoni. Hu qal li f’divesi każi l-PN kellu raġun dwar ix-xandir, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-liberlizzazzjoni tal-kummerċ u tax-xandir u s-sħubija ta’ Malta fl-UE.

Id-deputat Nazzjonalista sellem lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u qal li din tagħmilna unur bħala Maltin. Hu qal li l-PL jipprova jħammiġha imma mhux qed jirnexxielu. Il-PL issa jrid idaħħal l-abort u kellhom terremot fil-PL għax hemm min ma jridx jaċċetta l-emenda kif tressqet.

Hu sostna li l-ex Kap tal-PN Simon Busuttil qatt ma qal li l-Kummissarju għall-Istandards ma jkunx maħtur b’żewġ terzi tad-deputati u anki hawn il-PL qed jigdeb.

Il-Kummissarju tal-Pulizija bagħat ittra lill-menbri tal-PAC wara li kien mitlub biex jitla’ jixhed fl-istess kumitat dwar l-Electroagas u wieġeb li l-investigzzjonijiet tal-pulizija huma kunfidenzjali. “Mela hemm investigazzjoni”, sostna David Agius, li kompla li d-demokrazija titlob li jkun hemm kollaborazzjoni u skrutinju anki fuq min se jkun awtorizzat li jinvestiga lid-deputati.

David Agius kompla li ħadd m’għandu jkun pupazz ta’ ħadd u sostna li b’din l-emenda hawn min riid jirrelega lill-parlament għat-tieni diviżjoni biex hu jkun fuqu.

David Agius qal li d-demokrazija hi mibija fuq il-parlament, il-gvern u l-qrati u sostna li l-pajjiż jixraqlu l-aħjar u sostna li ħadd m’għandu jipprova joħnoq lil ħadd. Hu appella biex il-parlament juri li hu lest ikun politikament matur u jerġgħu isiru diskussjonijiet li jwasslu għall-ftehim.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li kien hemm diversi okkażjonijiet li fihom kien hemm qbil u sostna li ħadd m’għandu wejbebs rasu beix jinstabu persuni bi qbil biex imexxi l-ogħla karigi fil-pajjiż.