Lokali Parlament

Il-Kummissarju tal-Istandards m’għandux ikun pupazz ta’ Kastilja

Julie Zahra, PN

Id-deputat Nazzjonalista Julie Zahra qalet fil-parlament li l-Kummissarju tal-Istandards m’għandux ikun pupazz ta’ Kastilja.

Julie Zahra staqsiet għaliex il-gvern baqa’ jwebbes rasu u ma kompliex jiddjaloga biex tinstab soluzzjoni. Hi sostniet li l-Kummissarju għall-Istandards mhux bilfors irid ikun ex imħallef u kompliet li l-Kummissarju m’għandux ikun pupazz ta’ kastilja li jħalli kollox għaddej għaliex dan ifisser li l-Kummisarju jun manipulat mill-Gvern. Hi sostniet li dan iwassal biex il-pajjiż isir stat totalitarju b’sistema dgħajfa, inġusta u perikoluża.