Futbol Sport

Inter jirbħu s-Supercoppa Taljana għat-tieni sena konsekuttiva

Supercoppa Taljana

Inter v Milan 3-0

Fil-King Fahd International Stadium, fl-Arabja Sawdija, Inter rebħu s-Supercoppa Taljana meta fil-finali għelbu lir-rivali Milan bl-iskor ta’ 3-0.

Din kienet is-seba’ darba li in-nerazzurri rebħu dan it-titlu prestiġjuż, wara li l-istaġun li għadda huma rebħu l-Coppa Italia.

Inter fetħu l-iskor fl-10 minuta meta Nicolo Barrella żmarka tajjeb lil Federico Dimarco li kkonkluda fix-xibka għal 1-0, bil-gowl ikun ikkonvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR.

Huma rdoppjaw fil-21 minuta meta din id-darba kien Alessandra Bastoni li sab lil Edin Dzeko, b’dan tal-aħħar jixħet wara Ciprian Tatarusanu għal 2-0. Inter aċċertaw mir-rebħa fis-77 minuta meta wara żball difensiv ta’ Fikayo Tomori, finalment kien Lautaro Martinez li approfitta u skorja t-tielet gowl għal Inter.