Jeremie Camilleri huwa l-Malti-Franċiż li qed jiġi interrogat mill-Pulizija b’rabta mal-każ xokkanti li seħħ dan il-lejl fil-Gżira, fejn għall-ħabta tas-1am, mara Torka ta’ 30 sena tilfet ħajjitha wara li ttajret minn vettura tal-għamla BMW misjuqa minn Camilleri ta’ 33 sena residenti Ħal Lija.
Dan il-każ seħħ fi Triq Testaferrata, il-Gżira, fejn mill-filmati tas-CCTV, jidher li Camilleri baqa’ dieħel bil-karozza fi stabbiliment tal-ikel tant li faqgħet il-ħġieġ tal-istess binja li tinsab biswit il-pompa tal-petrol li hemm f’din it-triq.
Id-dettalji ta’ kif mietet din it-tfajla huma ta’ qsim il-qalb, hekk kif sar maghruf li wara li baqa’ diehel fi stabbiliment tal-ikel u tajjar lill-vittma, Jeremie Camilleri niżel mill-karozza u qabad iwadbilha il-knaten li waqgħu mill-istess binja.
Iċ-ċittadin Malti/Franċiż Jeremie Camilleri m’huwiex isem ġdid għall-Qorti dan għaliex huwa magħruf sew mall-Pulizija u kien involut f’diversi każijiet li seħħew tul la-ħħar xhur. Filfatt f’Jannar li għadda quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, tressaq il-Qorti b’rabta ma’ żewġ serqiet.
Huwa kien akkużat li seraq xi oġġetti minn “Health Shop’ f’Ħ’Attard filwaqt li seraq ukoll minn ħanut f’Tas-Sliema.
Jeremie Camilleri kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ ordni ta’ probation li kienet inħarġet lilu wara li nstab ħati għal reat ieħor minn qorti f’Għawdex fi Frar tal-2021.
//= $special ?>