Bdew il-preparazzjonijiet biex jittella’ l-konkors tas-sbuħija nazzjonali fejn għalih se jkunu qed jipparteċipaw 26 mara u 20 raġel, bir-rebbieħa mistennija li jirrapreżentaw lil pajjiżna f’Miss u Mr World 2023.
Sue Rossi u Claudia Calleja minn Modelle International qed jorgannizzaw dan il-konkors.
Skond regolamenti minn Miss World Jersey Ltd., dawk magħżula jrid jkollhom l-aqwa valuri u personalità hekk kif dan hu li l-organizzaturi jfittxu meta jiġu biex jagħżlu lir-rebbieħa.
F’dan l-avveniment il-kontestanti jieħdu sehem f’diversi attivitajiet, fosthom attività ddedikata lit-titlu ‘Beauty with a Purpose’ li din is-sena ġiet iddedikata ghal The Malta Trust Foundation.
Is-serata finali se ssir fis-26 ta’ Lulju li ġej f’Fort St. Elmo bi preżentazzjoni ta’ Kieth Demicoli u Sarah Bajada.
