L-ixjeħ persuna li kienet ħajja, is-soru Franċiża Lucile Randon mietet il-bieraħ fl-età ta’ 118-il sena.
Is-soru kienet twieldet fil-11 ta’ Frar tal-1904. Dan ifisser li hi għexet biex tiftakar l-Ewwel u t-Tieni Gwerrer Dinjija.
Hi kienet ukoll mardet fil-Covid iżda kien irnexxilha tgħelibha minkejja li għaxar sorijiet oħra kienu sfortunatament mietu kawża tal-pandemija.
Randon mietet matul il-lejl f’Toulon. Hi qed tkun meqjusa bħala t-tieni l-iktar persuna li qatt għexet wara l-Ġappuniża Kane Tanaka.
//= $special ?>