Lokali

“Lil Pelin mhu se ninsewha qatt” – kollegi ta’ Pelin Kaya

“Illum tlifna b’mod traġiku lil Pelin. Kienet kollega brillanti u maħbuba…iżda aktar minn hekk kienet ħabiba.”

Sostnew dan fuq il-midja soċjali l-kollegi ta’ Pelin Kaya, il-mara ta’ 30 sena li nqatlet wara li ttajret minn vettura fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu fil-Gżira…proprju f’għeluq sninha.

Il-kumpanija Onepercent Group spjegat li hija kienet ilha taħdem mal-kumpanija għal din l-aħħar sena.

Il-kollegi tax-xogħol saħqu li Pelin żgur li ħalliet marka fuqhom li ċertament mhux se jkunu se jinsewha.

Huma waslu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba u sostnew li verament jinsabu bla kliem u taħt xokk għal dak kollu li ġara.