Futbol Sport

Man Utd miżmuma fi draw minn Crystal Palace b’gowl fl-aħħar minuti

F’Selhurst Park Crystal Palace rnexxielhom isalvaw draw ta’ 1-1 fl-aħħar minuti tal-partita kontra Manchester United. B’dan id-draw Manchester United baqgħu fit-tielet post b’39 punt, punti ndaqs ma’ Manchester City.

Man Utd marru fil-vantaġġ żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Christian Eriksen żmarka lil Bruno Fernandes li xeħet fix-xibka għal 1-0. Hekk kif kollox deher li se tkun rebħa għar-Red Devils, Crystal Palace kisbu d-draw fil-91 minuta meta minn freekick dirett kien Michael Olise li ma ta l-ebda ċans lil De Gea jsalva għal skor finali ta’ 1-1.

PREMIER LEAGUE

Crystal Palace v Manchester United 1-1

FA CUP

Leeds v Cardiff 5-1