Internazzjonali

Ministru Ukren fost 18 mejta meta ġġarraf ħelikopter viċin Kiev

Il-Ministru tal-Intern Ukren huwa fost il-vittmi li mietu wara li ħelikopter iġġarraf fuq kindergarten fi Brovary, viċin Kiev.

Tlett itfal huma fost dawk il-mejta filwaqt li 15 oħra qed jingħataw il-kura fi sptar.

Il-Ministru, Denys Monastyrsky kien fil-ħelikopter flimkien ma’ tmien persuni oħra, fosthom id-deputat ministru tiegħu u s-segretarju tal-istat.

Intant, fi Tweet, il-President tal-Parlament Ewropew wasslet il-ħsibijiet tagħha lejn dawk kollha nvoluti.