L-eks MEP Soċjalista Antonio Panzeri ammetta mal-Pulizija Belġjana li huwa ħati fil-każ tat-tixħim li kien qed isir mill-Qatar u l-Marokk fuq deputati Ewropej. Ma’ din l-ammissjoni ta’ ħtija, Panzeri intrabat illi jagħti informazzjoni sensittiva lill-investigaturi.
L-ammissjoni ta’ Panzeri hija meqjusa bħala żvolta importantissima hekk kif issa bla dubju li se tikber il-pressjoni fuq l-MEP Soċjalista Eva Kaili, li sa issa dejjem ċaħdet l-involviment tagħha.
Ankè l-Qatar kien ċaħad l-akkużi li qed isiru, filwaqt li l-Gvern tal-Marokk stqarr li dawn huma biss “attakki mill-media”.
Panzeri, flimkien mas-Soċjalista Eva Kaili, kien tnejn minn erba’ persuni li ġew miżmuma mill-Pulizija ftit qabel il-Milied.
Kaili għadha sa issa miżmuma f’ħabs fil-Belġju.
//= $special ?>