Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Rebħa dominanti għal HITT Academy Tibhar

Mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni HITT Academy Tibhar iddominaw għal kollox il-konfront kontra Mosta Gunners fejn ħarġu rebbieħa 6-0.

Rebħa wkoll għall Alpha Gewo li taw l-ewwel telfa tal-istaġun lil Top Spin Table Tennis Academy Andro meta f’logħba missielta għelbuhom 4-3.

Mill-banda l-oħra, Academy Kyte Consultants u Butterfly kisbu skors identiċi ta’ 4-2 kontra Academy Valletta u Academy Roxon rispettivament.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Alpha Calleja Ltd kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara li għelbu lil Butterfly Rozena 6-0.

Academy ITX u Academy Supercores kellhom rebħiet identiċi ta’ 4-2 kontra Academy Legends u Table Tennis Bluefire rispettivament.

MITTC Angela Bajada u Academy Hexer wkoll kellhom rebħa ta’ 5-1 kontra Alpha Sensus u Academy FXP rispettivament.

Mit-tielet diviżjoni spikkaw ir-rebħiet kbar ta’ Alpha Neoflex 6-0 fuq Table Tennis Bluestorm u Alpha Dynatec 5-1 kontra Alpha Flexxon.

Academy Fraser sfaw megħluba minn Top Spin Academy Novacell 4-2.

Finalment mir-raba’ diviżjoni, Kindred u Academy Kanter kisbu rebħiet ta’ 4-2 kontra Academy Skelton u Academy Omagaed.

Academy Beta kisbu riżultat pożittiv ta’ 5-1 kontra MITTC Special Olympics filwaqt li Academy Sports Experience għelbu lil Alpha Codexx 6-0.