Eliminazzjoni bikrija għar-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni tal-Open tal-Awstralja Rafael Nadal hekk kif ilbieraħ tilef 6-4 6-3 7-5 kontra l-Amerikan Mackenzie McDonald
Wara l-ewwel set, li l-Amerikan rebaħ 6-4, Nadal, li għandu 36 sena kellu jieħu l-assistenza medika wara li ħass uġieħ f’ġenbejħ, biex imbagħad tilef is-sets ta’ wara 6-3, 7-5.
Din hija l-aktar darba li Nadal inqala’ kmieni mill-Open tal-Awstralja sa mill-2016, meta dakinhar kien eliminat fl-ewwel round mill-Ispanjol Fernando Verdasco.
//= $special ?>