Jeremie Camilleri inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta’ Pelin Kaya, Torka ta’ 30 sena. B’kollox huwa ġie mixli b’14-il akkuża. Wara li tressaq il-Qorti huwa mmedjatament ittieħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Inċidenti tat-traffiku normalment ikollhom akkuża ta’ qtil involontrarju imma peress li wara li tajjar il-vittma, allegatament Camilleri waddab xi ġebel fid-direzzjoni ta’ Kaya, l-akkuża telgħet għal dik ta’ qtil volontarju.
Fl-awla kien hemm preżenti oħt il-vittma u zijuha li ġew għal tal-apposta mit-Turkija. Camilleri li qal li ma jaħdimx u għandu ċittadinanza doppja dik Maltija-Franċiża, ta’ 33 sena residentri Ħal Lija tressaq quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
Camilleri ġie akkużat li kkaġuna feriti gravi fil-konfront tal-vittma, li kkaġuna ħsara fil-ġisem tagħha, kkaġuna ferita ħafifa fuq ċertu John Muscat u persuni oħra, għamel ħsara f’pompa tal-petrol, saq karozza b’mod perikoluż f’post pubbliku meta kien taħt l-effett tad-droga u xorb alkoħoliku.
Huwa ġie mixli wkoll li attakka uffiċjali pubbliċi bi vjolenza,ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija, kellu fil-pusses tiegħun d-droga kokaina u s-sustanza Diazepam u li kiser ordni ta’ probation. Ħareġ li Camilleri kien qed isuq karozza tal-għamla BMW u tajjar lil Pelin Kaya, meta kienet miexja ħdejn il-pompa tal-petrol Paul & Rocco fi Triq Testeferrata għall-ħabta tas-siegħa ta’ nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Jannar.
Il-karozza BMW sewda misjuqa minn Camilleri baqgħet dieħla fir-ristorant KFC wara li għamlet ħsara f’pompa tal-petrol ta’ ħdejha. Is-sewwieq allegatament irriżulta pożittiv b’livelli għoljin għall-kokaina u l-alkoħol waqt testijiet li saru fl-Isptar Mater Dei wara l-inċident.
Il-filmati miksuba waqt l-investigazzjonijiet urew kif is-sewwieq saq dritt għal ġo Keya u li hu ma kienx tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu. Skont il-Pulizija u l-filmati Camilleri ħareġ mill-karozza u tefa’ l-ġebel lejn il-vittma hekk kif kienet mimduda fl-art.
Il-filmati juru wkoll li l-akkużat tant kien aggressiv ma’ dawk li kienu għaddejjin mill-qrib u ppruvaw jgħinu lill-mara. Huwa ġie mixli wkoll li rreżista lill-Pulizija, li użaw it-taser gun biex irażżnuh. Id-difiża m’għamlet l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.
“Il-ħajja rridu nipproteġuha mill-konċepiment sal-mewt: – Il-Maġistrat Joe Mifsud
Fil-bidu tas-seduta l-Maġistrat Joe MIfsud qal li l-Qorti jiddispjaċiha li għal darb’oġra għandha każ quddiemha ta’ telf ta’ ħajja. Ħajja li dejjem emminha li rridu nipproteġuuha mill-konċepiment sal-mewt, “Jiddispjaċini nara soċjetà maħsuda u bir-raġun għaliex għad hawn persuni f’pajjiżna li għandhom kuxjenza u li jridu li bħala ċittadini li jimxu mal-liġijiet tal-pajjiż ikunu safe fi djarhom, fuq il-postijiet tax-xogħol u fit-toroq tagħna,” qal il-Maġistrat Mifsud.
Huwa qal ukoll li jiddispjaċih li għad hawn min ixerred il-kultura tal-mewt u jnaqqas l-effet li jħallu, fost oħrajn is-sustanzi jekk hux xorb alkoħoliku eċċessiv u kull tip ta’ droga. Illum huwa qal qed inbatu l-konsegwenzi ta’ dawk li għandhom leħen qawwi li jriduna nkunu normali u ninġarru mal-kurrent billi niċċelebraw bil-kokaina jew xi tipi ta’ sustanzi oħra.
Il-Maġistrat appella biex ma nkunix aktar indifferenti u ninħasdu biss meta jkollna traġedja. Ma nkomplux inħallu lil min ixerred il-kultura tal-mewt u l-qtil fostna, għax gġadna m’aħniex tard biex insalvaw is-sitwazzjoni għaliex għandna forzi tal-ordni li jiddefenduna.
Kompla li hemm bżonn li naraw li min postu mhux barra fis-soċjetà minħabba raġunijiet varji jkun fil-post fejn bih hemm iċ-ċittadin ikun protett, hux fil-Faċilità ta’ Kordin jew f’post għall-kura għall-problemi ta’ saħħa mentali kaġunati bl-abbuż mis-sustanzi jew ħwejjeġ oħra. Is-soċjeta dan li tixtieq li l-istituzzjonijiet jagħtu widen lilhom u mhux lil min irid ixerred il-kultura tal-mewt minħabba ċertu lobbies li jeżistu f’pajjiżna li jagħmlu l-ħoss.
Il-Maġistrat Mifsud temm jgġid li hu ta sodisfazzjon li f’pajjiżna għandhna forzi tal-ordni li jissagrifikaw ħajjithom biex jipproteġu s-soċjetà u kultat jispiuċċaw huma kkritikati b’mod inġust u malinn. Sadanittant meta kompliet is-seduta d-difiża qalet li l-akkużat kien taħt kura psikjatrika anke meta kien taħt il-Pulizija kien taħt osservazzjoni u għalhekk għandu jittieħed l-isptar Monte Carmeli.
Il-Maġistrat qal li jkun id-Direttur tal-ħabs li jiddeċiedi fejn hu l-aħjar għalih li jittieħed. Dan wara li jsir analiżi fuqu fejn hemm diversi professjonisti li għandhom jevalwaw il-qagħda tiegħu. Hemm ukoll il-psikjatra tal-post. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kurt Zahra u Shamus Woods u preżenti fl-awla kien hemm numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija oħra fosthom Is-Supretendent Keith Arnaud.
Il-Prosekuturi minn naħa tal-Avukat Ġenerali kienu l-Avukati Kaylie Bonett u Nathaniel Falzon. Għall-akkużat deher l-Avukat Alfred Abela. L-Avukati Shazoo Ghaznavi, Charlon Gouder u Ramona Attard deheru bħala parte civile għan-nom tal-familjari tal-vittma.
“Mhux tpattija imma ġustizzja” Żewġ membri tal-familja tal-vittma
Mhux tpattija imma ġustizzja, hekk qalu mal-midja oħt u z-ziju tal-vittma Pelin Kaya barra l-binja tal-Qorti fi tmiem it-tressiq ta’ Jeremie Camilleri. Huma qalu li Pelin riedet tgħix il-ħolm tagħha f’Malta u issa? Il-futur ittiħdilha. “Ma nafux għalhiex l-akkużat aġixxa b’dan mod huma qalu b’kommoventi.
Sostnew li issa biċċa minnhom mietet ma’ Pelin u li ommha u missierha il-vittma ma jifilħux jiġu Malta wara li saru jafu li tilfu lil binthom u jinsabu mkisrrin. Il-qraba rringrazzjaw lill-Maltin għas-sapport li tawhom fl-aħħar sigħat u talli kkundannaw dak li seħħ. Irringrazzjaw ukoll, lill-Ambaxxata Torka u lill-Pulizija talli rnexxielha taqbad lill-allegat qattiel ta’ Pelin minnufih.
//= $special ?>